+Artikolu 9 Obbligi tas-servizz pubbliku
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.

Artikolu 9 Obbligi tas-servizz pubbliku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, abbażi tal-organizzazzjoni istituzzjonali tagħhom u b'kont dovut għall-prinċipju ta' sussidjarjetà, li l-impriżi tal-elettriku jaħdmu konformement mal-prinċipji ta' din id-Direttiva bil-ħsieb li jintlaħaq suq kompetittiv, sigur, u ambjentalment sostenibbli għall-elettriku, u dawn ma għandhomx jiddiskriminaw bejn dawk l-impriżi fejn jikkonċerna d-drittijiet jew l-obbligi tagħhom.
Artikolu 9 2.
B'konsiderazzjoni sħiħa għad-dispożizzjonijiet relevanti tat-TFUE, b'mod partikolari l-Artikolu 106 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi li jkunu qed jaħdmu fis-settur tal-elettriku, u fl-interess ekonomiku ġenerali, l-obbligi tas-servizz pubbliku li jistgħu jkunu marbuta mas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-provvista, ir-regolarità, il-kwalità u l-prezz tal-provvisti u l-protezzjoni ambjentali, inklużi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-protezzjoni tal-klima. Tali obbligi għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorji u verifikabbli, u għandhom jiggarantixxu l-ugwaljanza tal-aċċess lill-impriżi tal-elettriku tal-Unjoni għall-konsumaturi nazzjonali. Obbligi tas-servizz pubbliku li jikkonċernaw l-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva.
Artikolu 9 3.
Fejn hemm ipprovdut kumpens finanzjarju, jew forom oħra ta' kumpens u drittijiet esklużivi li Stat Membru jagħti għat-twettiq tal-obbligi previsti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew għall-forniment ta' servizz universali kif stipulat fl-Artikolu 27, dan għandu jsir b'mod nondiskriminatorju u trasparenti.
Artikolu 9 4.
L-Istati Membri għandhom, meta tiġi trasposta din id-Direttiva, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kollha adottati biex ikunu sodisfatti l-obbligi tas-servizz universali u tas-servizz pubbliku, inkluż il-protezzjoni tal-konsumatur u dik ambjentali, u l-effett possibbli tagħhom fuq il-kompetizzjoni nazzjonali u internazzjonali, kemm jekk miżuri bħal dawn ikunu jeħtieġu deroga minn din id-Direttiva kif ukoll jekk le. Huma għandhom sussegwentement jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar kwalunkwe bdil għal dawk il- miżuri, kemm jekk dawn ikunu jeħtieġu xi deroga minn din id-Direttiva kif ukoll jekk le.
Artikolu 9 5.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikoli 6, 7 u 8 ta' din id-Direttiva, kemm-il darba l-applikazzjoni tagħhom tkun tista' xxekkel, fil-liġi jew fil-verità, il-prestazzjoni tal-obbligi imposti fuq l-impriżi tal-elettriku fl-interess ekonomiku ġenerali, u kemm-il darba l-iżvilupp tal-kummerċ ma jkunx affettwat b'tali mod li jkun imur kontra l-interessi tal-Unjoni. L-interessi tal- Unjoni jinkludu, inter alia, il-kompetizzjoni fir-rigward tal-klijenti konformement mal-Artikolu 106 tat-TFUE u ma' din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.