+Artikolu 15 2.

Artikolu 15 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti attivi jkunu:

(a) 

intitolati li joperaw direttament jew permezz ta' aggregazzjoni;

(b) 

intitolati li jbiegħu elettriku li jiġġeneraw huma stess, inkluż permezz ta' ftehimiet ta' xiri tal-elettriku;

(c) 

intitolati li jipparteċipaw fi skemi ta' flessibbiltà u ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

(d) 

intitolati li jiddelegaw lil parti terza l-ġestjoni tal-installazzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom, inkluż l-installazzjoni, l-operazzjoni, it-trattament u l-manutenzjoni tad-data mingħajr ma dik il-parti terza titqies bħala klijent attiv;

(e) 

soġġetti għal imposti tan-netwerk li jirriflettu l-ispiża, li jkunu trasparenti u mhux diskriminatorji u li jirriflettu, b'mod separat, l-elettriku trażmess lejn il-grilja, kif ukoll l-elettriku kkunsmat, skont l-Artikolu 59(9) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943, jiżguraw li jikkontribwixxu b'mod adegwat u bilanċjat għall-qsim tal-ispejjeż ġenerali tas-sistema;

(f) 

finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li joħolqu fis-sistema tal-elettriku; saa dan il-punt huma għandhom ikunu partijiet responsabbli għall-bilanċ jew għandhom jiddelegaw ir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.