+Artikolu 41 Rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u t-trasparenza għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u sidien tas-sistemi ta' trażmissjoni
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
|
Artikolu 41 Rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u t-trasparenza għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u sidien tas-sistemi ta' trażmissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55 jew dmir legali ieħor biex tiġi żvelata informazzjoni, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u kull proprjetarju ta' sistema tat-trażmissjoni għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba waqt it-twettiq tan-negozju tagħhom, u għandhom jipprevjenu li informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom stess li tista' tkun kummerċjalment vantaġġuża tiġi żvelata b'mod diskriminatorju. B'mod partikolari, huma m'għandhomx jiżvelaw informazzjoni kummerċjalment sensittiva lill-partijiet l-oħra tal-impriża, sakemm tali żvelar ma jkunx neċessarju għat-twettiq ta' tranżazzjoni kummerċjali. Sabiex tkun żgurata l-osservanza sħiħa tar-regoli dwar is-separazzjoni tal-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni ma jużax servizzi konġunti, bħal servizz legali konġunt, apparti funzjonijiet purament amministrattivi jew tal-IT.
|
|
Artikolu 41 2.
|
L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni ma għandhomx, fil-kuntest ta' bejgħ jew ta' xiri tal-elettriku minn impriżi relatati, jużaw b'mod skorrett informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba minn partijiet terzi fil-kuntest tal-għoti jew tan-negozjar tal-aċċess għas-sistema.
|
|
Artikolu 41 3.
|
L-informazzjoni neċessarja għal kompetizzjoni effettiva u għal tħaddim effiċjenti tas-suq għandha tkun ippubblikata. Dak l-obbligu għandu jitwettaq mingħajr preġudizzju għall-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|