+Artikolu 42 Setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet rigward il-konnessjoni ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni ġdida u faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija mas-sistema tat-trażmissjoni
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
|
Artikolu 42 Setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet rigward il-konnessjoni ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni ġdida u faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija mas-sistema tat-trażmissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 42 1.
|
L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jistabbilixxi u jippubblika proċeduri trasparenti u effiċjenti għall-konnessjoni nondiskriminatorja ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni ġdida u faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija mas-sistema tat-trażmissjoni. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji.
|
|
Artikolu 42 2.
|
L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandux ikun intitolat li jirrifjuta l-konnessjoni ta' installazzjoni ta' ġenerazzjoni ġdida jew faċilità tal-ħżin tal-enerġija għal raġunijiet ta' limitazzjonijiet possibbli futuri fil-kapaċitajiet tan-netwerk disponibbli, bħal konġestjoni f'partijiet 'il bogħod tas-sistema tat-trażmissjoni. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni jillimitaw il-kapaċità ta' konnessjoni garantita jew li joffru konnessjonijiet soġġett għal-limitazzjonijiet operazzjonali, biex tiġi żgurata effiċjenza ekonomika fir-rigward ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni ġodda jew faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija ġodda, dment li tali limitazzjonijiet ġew approvati mill-awtorità regolatorja. L-awtorità regolatorja għandha tiżgura li kwalunkwe limitazzjoni f'kapaċità ta' konnessjoni garantita jew limitazzjoni operazzjonali għandha tkun introdotta abbażi ta' proċeduri trasparenti u nondiskriminatorji u ma joħolqux ostakli bla bżonn għad-dħul fis-suq. Meta l-installazzjoni ta' ġenerazzjoni jew il-faċilità ta' ħżin tal-enerġija jġarrbu l-ispejjeż relatati mal-iżgurar ta' konnessjoni bla limitu, ma għandha tapplika l-ebda limitazzjoni.
|
|
Artikolu 42 3.
|
L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandux ikun intitolat li jirrifjuta punt ġdid għal raġunijiet ta' aktar spejjeż bħala riżultat taż-żieda neċessarja ta' kapaċità tal-elementi tas-sistema fil-qrib tal-punt tal-konnessjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|