+Artikolu 44 Operatur ta' sistema indipendenti
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.
---+Artikolu 44 5.
---+Artikolu 44 6.

Artikolu 44 Operatur ta' sistema indipendenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1.
Fejn is-sistema tat-trażmissjoni tkun il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment fit-3 ta' Settembru 2009, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 43(1) u jaħtru operatur ta' sistema indipendenti fuq proposta mill-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni. Din il-ħatra għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.
Artikolu 44 2.

L-Istat Membru jista' japprova u jaħtar biss operatur ta' sistema indipendenti, dment li:

(a) 

l-operatur kandidat wera li jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 43(1);

(b) 

l-operatur kandidat ikun wera li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi finanzjarji, tekniċi, fiżiċi u umani meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu taħt l-Artikolu 40;

(c) 

l-operatur kandidat ikun intrabat li jikkonforma ma' pjan, għall-operatur indipendenti tas-sistema, ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network b'sorveljanza mill-awtorità regolatorja;

(d) 

il-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni jkun wera l-abbiltà tiegħu li jikkonforma mal-obbligi tiegħu konformement mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, għandu jipprovdi abbozz tal-arranġamenti kuntrattwali kollha mal-operatur kandidat u ma' kwalunkwe entità oħra rilevanti; u

(e) 

l-operatur kandidat wera l-abilità tiegħu li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2019/943, inklużi l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-livell Ewropew u reġjonali.

Artikolu 44 3.
L-impriżi li jkunu ġew ċertifikati mill-awtorità regolatorja bħala konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 53 u tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu approvati u maħtura bħala operaturi tas-sistema indipendenti mill-Istati Membri. Għandha tkun applikabbli l-proċedura ta' ċertifikazzjoni fl-Artikolu 52 ta' din id-Direttiva u fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew fl-Artikolu 53 ta' din id-Direttiva.
Artikolu 44 4.
Kull operatur ta' sistema indipendenti għandu jkun responsabbli mill-għoti u mill-amministrazzjoni tal-aċċess minn terzi, inkluż il-ġbir ta' tariffi tal-aċċess, kirjiet għall-konġestjoni, u ħlasijiet konformement mal-mekkaniżmu ta' kumpens għal operatur tas-sistema ta' inter-trażmissjoni skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/943, kif ukoll għall-operat, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta' trażmissjoni, u għall-iżgurar tal-kapaċità għaż-żmien fit-tul tas-sistema biex tiltaqa' ma' domanda raġonevoli permezz ta' ppjanar tal-investimenti. Fl-iżvilupp tas-sistema tat-trażmissjoni, l-operatur tas-sistema indipendenti għandu jkun responsabbli għall-ippjanar (inkluża l-proċedura tal-awtorizzazzjoni), il-bini, u l-kuntrattar tal-infrastruttura l-ġdida. Għal dan il-għan, l-operatur ta' sistema indipendenti għandu jaġixxi bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni f'konformità ma' din it-Taqsima. Il-proprjetarji tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandhomx ikunu responsabbli għall-approvazzjoni u l-ġestjoni ta' aċċess mill-partijiet terzi, u lanqas għall-ippjanar tal-investiment.
Artikolu 44 5.

Meta jinħatar operatur ta' sistema indipendenti, il-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni għandu:

(a) 

jipprovdi l-kooperazzjoni u l-appoġġ kollha rilevanti lill-operatur tas-sistema indipendenti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, inkluż b'mod partikolari t-tagħrif kollu rilevanti;

(b) 

jiffinanzja l-investimenti deċiżi mill-operatur tas-sistema indipendenti u approvati mill-awtorità regolatorja, jew jaċċetta li jiġu ffinanzjati minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur tas-sistema indipendenti. L-arranġamenti finanzjarji rilevanti għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Qabel din l-approvazzjoni, l-Awtorità Regolatorja għandha tikkonsulta l-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni flimkien ma' partijiet interessati oħra;

(c) 

tipprovdi għall-kopertura tar-responsabbiltà li tikkonċerna l-assi tan-netwerk, eskluża r-responsabbiltà marbuta mal-kompiti tal-operatur tas-sistema indipendenti; u

(d) 

tipprovdi garanziji biex jiġi ffaċilitat il-finanzjament ta' kwalunkwe espansjonijiet tan-netwerk bl-eċċezzjoni ta' dawk l-investimenti fejn, konformement mal-punt (b), jkun ta l-approvazzjoni tiegħu għal finanzjament minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur tas-sistema indipendenti.

Artikolu 44 6.
F'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità regolatorja, l-awtorità nazzjonali rilevanti fuq il-kompetizzjoni għandha tingħata s-setgħat kollha rilevanti sabiex tissorvelja b'mod effikaċi il-konformità tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni mal-obbligi tiegħu konformement mal-paragrafu 5.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.