+Artikolu 48 Indipendenza tal-persunal u ġestjoni tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
---+Artikolu 48 6.
---+Artikolu 48 7.
---+Artikolu 48 8.
|
Artikolu 48 Indipendenza tal-persunal u ġestjoni tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1.
|
Id-deċiżjonijiet fir-rigward ħatriet u tiġdid, kondizzjonijiet ta' xogħol inkluża r-remunerazzjoni u t-terminazzjoni tal-kariga tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jittieħdu mill-Korp ta' Sorveljanza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni maħtur f'konformità mal-Artikolu 49.
|
|
Artikolu 48 2.
|
L-identità u l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-terminu, it-tul ta' żmien u t-terminazzjoni L-identità u l-kondizzjonijiet li jiggvernaw il-mandat, id-dewmien u t-tmiem tal-persuni nnominati mill-Korp Superviżorju għal ħatra jew tiġdid bħala persuni responsabbli mill-ġestjoni eżekuttiva u/jew bħala membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, u r-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni proposta li ttemm tali mandat, għandhom jiġu notifikati lill-awtorità regolatorja. Dawk il-kondizzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom isiru obbligatorji biss jekk, f'perjodu ta' tliet ġimgħat min-notifika, l-awtorità regolatorja ma tkun ressqet ebda oġġezzjoni. L-awtorità regolatorja tista' toġġezzjona għad-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu 1:
(a)
jekk jitqajmu dubji dwar l-indipendenza professjonali ta' persuna nnominata responsabbli mill-ġestjoni u/jew membru tal-korpi amministrattivi; jew
(b)
fil-każ ta' terminazzjoni prematura ta' kariga, jekk jeżistu dubji rigward il-ġustifikazzjoni ta' tali terminazzjoni prematura.
|
|
Artikolu 48 3.
|
L-ebda pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, interess jew relazzjoni ta' negozju, direttament jew indirettament, mal-impriża integrata vertikalment jew ma' kwalunkwe parti minnha jew mal-azzjonisti li jikkontrollawha għajr l-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni, m'għandha tiġi eżerċitata għal perjodu ta' tliet snin qabel il-ħatra tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew tal-membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li huma soġġetti għal dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 48 4.
|
Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi, u l-impjegati tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma jridx ikollhom xi pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, interess jew relazzjoni ta' negozju, direttament jew indirettament, ma' kwalunkwe parti oħra tal-impriża integrata vertikalment jew mal-azzjonisti li jikkontrollawha.
|
|
Artikolu 48 5.
|
Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi, u l-impjegati tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma jridx ikollhom xi interess fi jew jirċievu xi benefiċċju finanzjarju, direttament jew indirettament, minn xi parti tal-impriża integrata vertikalment li mhuwiex l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni. Il-ħlas tagħhom m'għandux jiddependi mill-attivitajiet jew mir-riżultati tal-impriża integrata vertikalment jekk mhux dawk tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni.
|
|
Artikolu 48 6.
|
Għandhom ikunu garantiti d-drittijiet effettivi ta' appell lill-awtorità regolatorja għal kwalunkwe lment mill-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni kontra terminazzjonijiet prematuri tal-kariga tagħhom.
|
|
Artikolu 48 7.
|
Wara t-terminazzjoni tal-kariga fl-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, il-persuni responsabbli mill-ġestjoni tiegħu u/jew membri tal-korpi amministrattivi tiegħu ma jridx ikollhom xi pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, interess jew relazzjoni ta' negozju ma' xi parti tal-impriża integrata vertikalment jew xi parti minnha jekk mhux l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, jew mal-azzjonisti li jikkontrollawha għal perjodu ta' mhux anqas minn erba' snin.
|
|
Artikolu 48 8.
|
Il-paragrafu 3 għandu japplika għall-maġġoranza tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni. Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni li mhumiex soġġetti għall-paragrafu 3 ma għandhomx ikunu eżerċitaw l-ebda ġestjoni jew attività rilevanti oħra fl-impriża integrata vertikalment għal perjodu ta' mill-anqas sitt xhur qabel il-ħatra tagħhom. L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u l-paragrafi 4 sa 7 għandhom ikunu applikabbli għall-persuni kollha li jappartjenu għall-ġestjoni eżekuttiva u għal dawk li jirrapportaw lilhom direttament dwar kwistjonijiet relatati mal-operazzjoni, iż-żamma jew l-iżvilupp tan-netwerk.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|