+Artikolu 51 Żvilupp tan-netwerk u setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti
---+Artikolu 51 1.
---+Artikolu 51 2.
---+Artikolu 51 3.
---+Artikolu 51 4.
---+Artikolu 51 5.
---+Artikolu 51 6.
---+Artikolu 51 7.
---+Artikolu 51 8.
---+Artikolu 51 9.

Artikolu 51 Żvilupp tan-netwerk u setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 51 1.
Tal-anqas kull sentejn, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jippreżentaw lill-awtorità regolatorja pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk ibbażat fuq il-provvista u d-domanda eżistenti u previsti wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha rilevanti. Dak il-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk għandu jinkludi miżuri effiċjenti sabiex tkun garantita l-adegwatezza tas-sistema u s-sigurtà tal-forniment. L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jippubblika l-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk fuq is-sit web tiegħu.
Artikolu 51 2.

Il-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għandu, b'mod partikolari:

(a) 

jindika lill-parteċipanti fis-suq l-infrastrutturi ewlenin ta' trażmissjoni li jeħtieġ li jinbnew jew jiġu mmodernizzati matul l-għaxar snin li ġejjin;

(b) 

jkun fih l-investimenti kollha diġà deċiżi u jidentifika investimenti ġodda li jridu jiġu eżegwiti fit-tliet snin li ġejjin; u

(c) 

jipprovdi skeda ta' żmien għall-proġetti kollha ta' investiment.

Artikolu 51 3.
Waqt l-elaborazzjoni tal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jqis b'mod sħiħ il-potenzjal għall-użu tar-rispons tad-domanda, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew riżorsi oħra bħala alternattivi għall-espansjoni tas-sistema, kif ukoll il-konsum mistenni, il-kummerċ ma' pajjiżi oħra u l-pjanijiet ta' investiment għal netwerks fl-Unjoni kollha u reġjonali.
Artikolu 51 4.
L-awtorità regolatorja għandha tikkonsulta mal-utenti kollha effettivi u potenzjali tas-sistema dwar il-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network b'mod miftuħ u trasparenti. Persuni jew impriżi li jsostnu li huma utenti potenzjali tas-sistema jistgħu jintalbu jissostanzjaw tali pretensjonijiet. L-awtorità regolatorja għandha tippubblika r-riżultat tal-proċess ta' konsultazzjoni, partikolarment il-ħtiġijiet possibbli għal investimenti.
Artikolu 51 5.
L-awtorità regolatorja għandha teżamina jekk il-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp ta' netwerk ikoprix il-bżonnijiet kollha ta' investiment identifikati matul il-proċess ta' konsultazzjoni, u jekk hux konsistenti mal-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk ta' għaxar snin għall-Unjoni kollha (Il-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha) kif stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2019/943. Jekk ikun hemm xi dubju dwar il-konformità mal-pjan għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha, l-awtorità regolatorja għandha tikkonsulta lill-ACER. L-awtorità regolatorja tista' titlob lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni sabiex jemenda l- pjan tiegħu ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk.

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jeżaminaw il-konsistenza tal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk mal-pjan nazzjonali tal-enerġija u tal-klima ppreżentat f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 51 6.
L-awtorità regolatorja għandha tissorvelja u tevalwa l-implimentazzjoni tal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network.
Artikolu 51 7.

F'ċirkostanzi fejn l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, jekk mhux għal raġunijiet imperattivi mhux fil-kontroll tiegħu, ma jeżegwix investiment, li, konformement mal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network, suppost kellu jiġi eżegwit fis-snin ta' wara, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja għandha l-obbligu li tieħu għall-anqas waħda mill- miżuri li ġejjin biex tiżgura li l-investiment in kwistjoni jseħħ jekk tali investiment ikun għadu rilevanti abbażi tal- pjan l-aktar reċenti ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network:

(a) 

tesiġi mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li jeżegwixxi l-investimenti in kwistjoni;

(b) 

torganizza proċedura għal sejħa ta' offerti miftuħa għal kull investitur għall-investiment in kwistjoni; jew

(c) 

tobbliga lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jaċċetta żieda fil-kapital biex jiffinanzja l-investimenti meħtieġa u jippermetti l-investituri indipendenti jipparteċipaw fil-kapital.

Artikolu 51 8.

Fejn l-awtorità regolatorja tkun għamlet użu mis-setgħat tagħha taħt il-punt (b) tal-paragrafu 7, hija tista' tobbliga lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni sabiex dan jaqbel ma' element wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-finanzjament minn xi parti terza;

(b) 

il-kostruzzjoni minn xi parti terza;

(c) 

il-bini minnu stess tal-assi kkonċernati;

(d) 

l-operazzjoni minnu istess tal-assi kkonċernat.

L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jipprovdi lill-investituri bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu l-investiment, għandu jikkollega l-assi l-ġodda man-netwerk ta' trażmissjoni u għandu ġeneralment jagħmel l-aħjar li jista' biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proġett ta' investiment.

L-arranġamenti finanzjarji rilevanti għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja.

Artikolu 51 9.
Fejn l-awtorità regolatorja tkun għamlet użu mis-setgħat tagħha taħt il-paragrafu 7, ir-regolamenti rilevanti dwar it-tariffi għandhom ikopru l-ispejjeż tal-investimenti in kwistjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.