+Artikolu 61 Kooperazzjoni reġjonali bejn l-awtoritajiet regolatorji dwar kwistjonijiet transkonfinali
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
---+Artikolu 61 4.
---+Artikolu 61 5.
|
Artikolu 61 Kooperazzjoni reġjonali bejn l-awtoritajiet regolatorji dwar kwistjonijiet transkonfinali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 1.
|
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw flimkien, b'mod partikolari fi ħdan l-ACER, u għandhom jipprovdu lil xulxin u lill-ACER, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom taħt din id-Direttiva. Fir-rigward tal-informazzjoni li tiġi skambjata, l-awtorità riċeventi għandha tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità bħal dik meħtieġa mill-awtorità mittenti tal-informazzjoni kkonċernata.
|
|
Artikolu 61 2.
|
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkooperaw tal-anqas f'livell reġjonali sabiex:
(a)
jitħeġġeġ il-ħolqien ta' arranġamenti operattivi sabiex tkun possibbli l-aħjar ġestjoni tan-netwerk, jiġu promossi skambji konġunti tal-elettriku u l-allokazzjoni ta' kapaċità transkonfinali, u sabiex ikun possibbli livell xieraq ta' kapaċità ta' interkonnessjoni, anke permezz ta' interkonnessjonijiet ġodda, fir-reġjun u bejn ir-reġjuni sabiex jitħalla lok għall-iżvilupp ta' kompetizzjoni effettiva u t-titjib tas-sigurtà tal-provvista, bla ma jkun hemm diskriminazzjoni bejn il-fornituri fi Stati Membri differenti;
(b)
jikkoordinaw is-superviżjoni konġunta tal-entitajiet li jeżerċitaw funzjonijiet fuq livell reġjonali;
(c)
jikkoordinaw, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet involuti l-oħra, is-superviżjoni konġunta tal-valutazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u Ewropej tal-adegwatezza tar-riżorsi;
(d)
ikun ikkoordinat l-iżvilupp tal-kodiċijiet kollha tan-netwerks u l-linji gwida għall-operaturi rilevanti tas-sistemi ta' trażmissjoni u għal parteċipanti oħra fis-suq; u
(e)
ikun ikkoordinat l-iżvilupp tar-regoli li jiggvernaw l-immaniġġjar tal-konġestjoni.
|
|
Artikolu 61 3.
|
L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom id-dritt li jikkonkludu ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' xulxin sabiex titħeġġeġ il-kooperazzjoni regolatorja.
|
|
Artikolu 61 4.
|
L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitwettqu, fejn ikun il-każ, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza speċifika tagħhom.
|
|
Artikolu 61 5.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 67 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi linji gwida dwar il-limitu tal-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji biex jikkooperaw flimkien u mal-ACER.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|