+Artikolu 62 Dmirijiet u setgħat tal-awtoritajiet regolatorji fir-rigward ta' ċentri operazzjonali reġjonali
---+Artikolu 62 1.
---+Artikolu 62 2.
---+Artikolu 62 3.

Artikolu 62 Dmirijiet u setgħat tal-awtoritajiet regolatorji fir-rigward ta' ċentri operazzjonali reġjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 62 1.

L-awtoritajiet regolatorji reġjonali tar-reġjun ta' operazzjoni tas-sistema fejn ikun stabbilit ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' xulxin:

(a) 

japprovaw il-proposta għall-istabbiliment ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali f'konformità mal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2019/943;

(b) 

japprovaw l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, li għandhom ikunu responsabbli għalihom l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi, dment li jkunu raġonevoli u xierqa;

(c) 

japprovaw il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod kooperattiv;

(d) 

jiżguraw li ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jkunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva u biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod indipendenti u imparzjali;

(e) 

jipproponu, flimkien ma' awtoritajiet regolatorji oħra ta' reġjun ta' operazzjoni tas-sistema, kompiti u setgħat addizzjonali li għandhom jiġu assenjati liċ-ċentri operazzjonali reġjonali mill-Istati Membri tar-reġjun ta' operazzjoni tas-sistema;

(f) 

jiżguraw il-konformità mal-obbligi skont din id-Direttiva u liġi rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet transkonfinali u jikkonsultaw sabiex b'mod konġunt jidentifikaw in-nonkonformità taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali mal-obbligi rispettivi tagħhom; fejn l-awtoritajiet regolatorji ma rnexxilhomx jilħqu qbil fi żmien erba' xhur wara l-bidu tal-konsultazzjonijiet sabiex b'mod konġunt jidentifikaw in-nonkonformità, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-ACER għal deċiżjoni, skont l-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942;

(g) 

jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-koordinazzjoni tas-sistema u jirrapportaw kull sena lill-ACER f'dan ir-rigward f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2019/943.

Artikolu 62 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 b'mod effiċjenti u mingħajr dewmien. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom għall-anqas dawn is-setgħat:

(a) 

li jitolbu informazzjoni miċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

(b) 

li jwettqu spezzjonijiet, inklużi dawk mhux imħabbra, fil-proprjetà taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

(c) 

li joħorġu deċiżjonijiet vinkolanti konġunti fuq iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.

Artikolu 62 3.
L-awtorità regolatorja li tinsab fl-Istat Membru fejn iċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali jkollu s-sede tiegħu għandu jkollha s-setgħa li timponi penali effikaċi, proporzjonati u dissważivi fuq ċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali fejn dan ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) 2019/943 jew kwalunkwe deċiżjoni rilevanti legalment obbligatorja tal-awtoritajiet regolatorji jew tal-ACER, jew għandu jkollha s-setgħa li tipproponi li qorti kompetenti timponi tali penali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.