+Artikolu 63 Konformità mal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.
---+Artikolu 63 5.
---+Artikolu 63 6.
---+Artikolu 63 7.
---+Artikolu 63 8.
---+Artikolu 63 9.

Artikolu 63 Konformità mal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 63 1.
Kwalunkwe awtorità regolatorja u l-Kummissjoni jistgħu jitolbu l-opinjoni tal-ACER dwar il-konformità ta' deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja mal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/943.
Artikolu 63 2.
L-ACER għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja li tkun talbitha jew lill-Kummissjoni, rispettivament, u lill-awtorità regolatorja li tkun ħadet id-deċiżjoni kkonċernata fi żmien tliet xhur mid-data ta' riċeviment tat-talba.
Artikolu 63 3.
Fejn l-awtorità regolatorja li tkun ħadet deċiżjoni ma tikkonformax mal-opinjoni tal-ACER fi żmien erba' xhur mid-data ta' riċezzjoni tal-opinjoni, l-ACER għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan.
Artikolu 63 4.
Kwalunkwe awtorità regolatorja tista' tinforma lill-Kummissjoni fejn tqis li deċiżjoni rilevanti għall-kummerċ transkonfinali meħuda minn awtorità regolatorja oħra ma tikkonformax mal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/943 fi żmien xahrejn mid-data ta' dik id-deċiżjoni.
Artikolu 63 5.
Fejn il-Kummissjoni, fi żmien xahrejn minn meta tkun ġiet infurmata mill-ACER taħt il-paragrafu 3 jew minn awtorità regolatorja taħt il-paragrafu 4, u fuq l-inizjattiva tagħha stess fi żmien tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni, issib li d-deċiżjoni ta' awtorità regolatorja tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/943, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li teżamina l-każ b'mod ulterjuri. F'każ bħal dan, għandha tistieden lill-awtorità regolatorja u lill-parteċipanti fil-proċedimenti quddiem l-awtorità regolatorja biex iressqu l-osservazzjonijiet.
Artikolu 63 6.

Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li teżamina aktar il-każ, hija għandha, fi żmien ta' mhux aktar minn erba' xhur mid-data tat-tali deċiżjoni, toħroġ deċiżjoni finali:

(a) 

li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja; jew

(b) 

li tesiġi li l-awtorità regolatorja kkonċernata tirtira d-deċiżjoni tagħha jekk tqis minħabba li ma kienx hemm konformità mal-kodiċijiet tan-netwerk u mal-linji gwida.

Artikolu 63 7.
Fejn il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni biex teżamina aktar il-każ jew deċiżjoni finali fil-limitu ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 rispettivament, għandu jitqies li ma qajmitx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.
Artikolu 63 8.
L-awtorità regolatorja għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlobha sabiex tirtira d-deċiżjoni tagħha f'xahrejn u għandha tinforma lill-Kummissjoni kif meħtieġ.
Artikolu 63 9.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 67 li jissupplimenta din id-Direttiva billi tfassal linji gwida li jistabbilixxu id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.