+ANNESS I

ANNESS I




ANNESS I

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-ĦRUĠ TAL-KONTIJIET U INFORMAZZJONI DWAR IL-KONTIJIET

1.   Informazzjoni minima li għandha tiġi inkluża fil-kont u fl-informazzjoni dwar il-kont.

1.1 L-informazzjoni ewlenija li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti lill-klijenti finali fil-kontijiet tagħhom, separata b'mod distint minn partijiet oħra tal-kont:

(a) 

il-prezz li għandu jitħallas u tqassim tal-prezz fejn possibbli, flimkien ma' dikjarazzjoni ċara li s-sorsi kollha tal-enerġija jistgħu jibbenefikaw ukoll minn inċentivi li ma kinux iffinanzjati permezz tas-sisa indikat fit-tqassim tal-prezz;

(b) 

id-data li fiha l-ħlas huwa dovut.

1.2 L-informazzjoni ewlenija li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti lill-klijenti finali fil-kontijiet u fl-informazzjoni dwar il-kont tagħhom, separata b'mod distint minn partijiet oħra tal-kont u tal-informazzjoni dwar il-kont;

(a) 

konsum tal-elettriku għall-perjodu kopert;

(b) 

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur flimkien ma' numru ta' appoġġ għall-konsumaturi u l-indirizz tal-posta elettronika;

(c) 

isem it-tariffa;

(d) 

id-data tat-tmiem tal-kuntratt, jekk applikabbli;

(e) 

l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà u l-benefiċċju tal-bdil;

(f) 

il-kodiċi tal-bdil tal-klijent finali jew il-kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għall-punt tal-provvista tal-klijent finali;

(g) 

informazzjoni dwar id-drittijiet tal-klijent finali fir-rigward ta' riżoluzzjoni barra l-qorti ta' tilwim, inklużi d-dettalji ta' kuntatt tal-entità responsabbli skont l-Artikolu 26;

(h) 

il-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 25;

(i) 

link jew referenza għal fejn jistgħu jinstabu l-għodod ta' tqabbil imsemmija fl-Artikolu 14.

1.3 Fejn il-kontijiet huma bbażati fuq konsum attwali jew il-qari mill-bogħod mill-operatur, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli lill-klijenti finali, fil-kontijiet tagħhom u fil-kontijiet ta' saldu perjodiċi, flimkien magħhom jew f'referenza għalihom:

(a) 

tqabbil tal-konsum tal-elettriku attwali tal-klijent finali, flimkien mal-konsum tal-elettriku tal-klijent finali għall-istess perjodu fis-sena ta' qabel f'forma grafika;

(b) 

informazzjoni dwar kif jista' jsir kuntatt ma' organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, aġenziji tal-elettriku jew korpi oħra simili, inklużi indirizzi ta' siti web, minn fejn wieħed jista' jsib informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli li jtejbu l-effiċjenza tal-enerġija għal tagħmir li juża l-enerġija;

(c) 

tqabbil ma' klijent finali medju normalizzat jew skont parametri ta' referenza fl-istess kategorija ta' utenti.

2.

Il-frekwenza tal-ħruġ tal-kontijiet u l-għoti ta' informazzjoni dwar il-kontijiet:

(a) 

il-ħruġ tal-kontijiet abbażi tal-konsum reali għandu jsir tal-anqas darba fis-sena;

(b) 

fejn il-klijent finali ma jkollux miter li jippermetti lill-operatur li jaqrah mill-bogħod, jew fejn il-konsumatur finali jkun għażel b'mod attiv li jwaqqaf l-qari mill-bogħod f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-informazzjoni preċiża dwar il-kontijiet abbażi tal-konsum reali għandha tkun disponibbli għall-klijent finali ta' lanqas kull sitt xhur, jew darba kull tliet xhur fuq talba jew fejn il-klijent finali għażel li jirċievi l-ħruġ tal-kontijiet b'mod elettroniku;

(c) 

fejn il-klijent finali ma jkollux miter li jippermetti lill-operatur li jaqrah mill-bogħod, jew fejn il-konsumatur finali jkun għażel b'mod attiv li jwaqqfu l-qari mill-bogħod f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-obbligi fil-punti (a) u (b) jistgħu jiġu ssodisfatti permezz ta' sistema ta' qari tal-konsum proprju mill-klijenti finali b'mod regolari, li permezz tiegħu l-klijent finali jikkomunika l-qari mill-miter lill-operatur; kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-kontijiet tista' tkun bbażata fuq konsum stmat jew rata fissa biss meta l-klijent finali ma pprovdix qari mill-miter għal perjodu partikolari għall-kontijiet;

(d) 

fejn il-klijent finali jkollu miter li jippermetti l-qari mill-bogħod mill-operatur, l-informazzjoni preċiża dwar il-kontijiet abbażi tal-konsum reali għandha tiġi pprovduta tal-anqas kull xahar; tali informazzjoni tista' wkoll issir disponibbli permezz tal-internet, u għandha tiġi aġġornata sikwit skont kif jippermetti l-apparat u s-sistemi ta' kejl użati.

3.

Tqassim tal-prezz tal-klijent finali

Il-prezz tal-klijent huwa t-total tat-tliet komponenti li ġejjin: il-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk (trażmissjoni u distribuzzjoni) u l-komponent li jinkorpora t-taxxi, is-sisa, it-tariffi u l-imposti.

Fejn it-tqassim tal-prezz tal-klijent finali jiġi ppreżentat fil-kontijiet, id-definizzjonijiet komuni tat-tliet komponenti f'dak it-tqassim, stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), għandhom jintużaw fl-Unjoni kollha.

4.

Aċċess għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li, sa fejn tkun disponibbli dik l-informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku, tali informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni, fuq talba tal-klijent finali, lill-fornitur jew fornitur tas-servizzi maħtur mill-klijent finali.

Fejn il-klijent finali jkollu installat miter li jippermetti l-qari mill-bogħod mill-operatur, il-klijent finali għandu jkollu aċċess faċli għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku biex b'hekk ikun jista' jwettaq awtokontrolli dettaljati.

L-informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku għandha tinkludi:

(a) 

data kumulattiva għal mill-anqas it-tliet snin preċedenti jew il-perjodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista tal-elettriku, jekk dak il-perjodu jkun iqsar. Id-data għandha tikkorrispondi għall-perijodi li għalihom ġiet prodotta informazzjoni frekwenti dwar kontijiet; u

(b) 

data dettaljata skont il-ħin tal-użu għal kwalunkwe ġurnata, ġimgħa, xahar u sena li ssir disponibbli lill-klijent finali mingħajr dewmien permezz tal-internet jew l-interfaċċja tal-miter, li tkopri l-perjodu ta' mill-anqas 24 xahar preċedenti jew il-perjodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista tal-elettriku jekk dak il-perjodu jkun iqsar.

5.

Divulgazzjoni tas-sorsi tal-enerġija

Il-fornituri għandhom jispeċifikaw fil-kontijiet, il-kontribuzzjoni għal kull sors tal-enerġija għall-elettriku mixtri mill-klijent finali skont il-kuntratt tal-provvista tal-elettriku (divulgazzjoni fuq il-livell tal-prodott).

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli lill-klijenti finali fi, ma', jew indikata b'mod ċar fil-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-kontijiet tagħhom:

(a) 

il-kontribuzzjoni ta' kull sors tal-enerġija lejn it-taħlita ġenerali tal-enerġija tal-fornitur (fil-livell nazzjonali, jiġifieri fl-Istat Membru fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt tal-provvista tal-elettriku, kif ukoll fil-livell tal-fornitur jekk il-fornitur huwa attiv f'diversi Stati Membri) matul is-sena ta' qabel b'mod komprensibbli u komparabbli b'mod ċar;

(b) 

l-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali, f'termini ta' mill-anqas tal-emissjonijiet ta' CO2 u l-iskart radjuattiv li jkun ġej mill-elettriku prodott mit-taħlita ġenerali tal-enerġija tal-fornitur matul is-sena preċedenti.

Rigward il-punt (a) tat-tieni subparagrafu fir-rigward tal-elettriku miksub permezz ta' elettriku skambjat jew importat minn impriża li tkun tinsab barra l-Unjoni, jistgħu jintużaw figuri aggregati pprovduti mill-iskambju jew mill-impriża inkwistjoni matul is-sena preċedenti.

Għad-divulgazzjoni tal-elettriku mill-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jistgħu jintużaw garanziji tal-oriġini maħruġa skont l-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 2012/27/UE. L-iżvelar tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandha ssir bl-użu tal-garanziji tal-oriġini, għajr għall-każijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

L-awtorità regolatorja jew awtorità kompetenti nazzjonali oħra għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li l-informazzjoni mogħtija mill-fornituri lill-klijenti tagħhom skont dan il-punt hija ta' min joqgħod fuqha u hija provduta, f'livell nazzjonali, b'mod komparabbli biċ-ċar bejn l-Istati Membri.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.