+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“korp tas-settur pubbliku” tfisser l-awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali, il-korpi rregolati mil-liġi pubblika jew l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn awtorità waħda jew aktar awtoritajiet bħal dawn jew minn korp jew aktar korpi bħal dawn irregolati mil-liġi pubblika;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“korpi rregolati mil-liġi pubblika” tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
(a)
|
huma stabbiliti għall-fini speċifiku biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet fl-interess ġenerali, li ma għandhomx natura industrijali jew kummerċjali;
|
|
(b)
|
għandhom personalità ġuridika; u
|
|
(c)
|
huma ffinanzjat, fil-parti l-kbira tiegħu mill-Istat, minn awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika; jew huma soġġetti għas-superviżjoni maniġerjali minn dawk l-awtoritajiet jew il-korpi; jew għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew tas-sorveljanza, li aktar minn nofs il-membri tiegħu maħtura mill-awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali jew korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika;
|
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“impriża pubblika” tfisser kwalunkwe impriża attiva fl-oqsma stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) li fuqha l-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti minħabba s-sjieda li għandhom tagħha, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha. Għandha tkun preżunta influwenza dominanti fuq il-parti tal-korpi tas-settur pubbliku fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin li fihom dawk il-korpi, direttament jew indirettament:
|
(a)
|
għandhom il-maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-impriża;
|
|
(b)
|
jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbuta ma' ishma maħruġa mill-impriża;
|
|
(c)
|
jistgħu jaħtru aktar min-nofs il-korp amministrattiv, maniġerjali, superviżorju tal-impriża;
|
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“università” tfisser kwalunkwe korp tas-settur pubbliku li jipprovdi edukazzjoni ogħla tal-postsekondarja li twassal għal lawrji akkademiċi;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“liċenzja standard” tfisser sett ta' kondizzjonijiet għall-użu mill-ġdid definiti minn qabel f'format diġitali, preferibbilment kompatibbli ma' liċenzji pubbliċi standardizzati disponibbli online;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“dokument” tfisser:
|
(a)
|
kwalunkwe kontenut bi kwalunkwe mezz (karta jew format elettroniku jew irrekordjat b'mod awdjo, viżiv jew awdjoviżiv); jew
|
|
(b)
|
kwalunkwe parti ta' tali kontenut;
|
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“anonimizzazzjoni” tfisser il-proċess ta' tibdil ta' dokumenti f'dokumenti anonimi li mhumiex marbuta ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli, jew il-proċess li d-data personali ssir anonima b'tali mod li s-suġġett tad-data ma jkunx jew ma jibqax identifikabbli;
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“data dinamika” tfisser dokumenti f'forma diġitali, soġġetti għal aġġornamenti frekwenti jew ħin reali, b'mod partikolari minħabba l-volatilità jew il-ħruġ rapidu mill-użu tagħhom; data ġenerata minn sensuri li huma tipikament ikkunsidrati bħala data dinamika;
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“data tar-riċerka” tfisser dokument b'format diġitali, għajr il-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, miġbura jew magħmula matul attivitajiet tar-riċerka xjentifika u użati bħala evidenza fil-proċess tar-riċerka, jew huma komunement aċċettati fil-komunità tar-riċerka kif meħtieġ biex jiġu vvalidati s-sejbiet u r-riżultati tar-riċerka;
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“settijiet tad-data ta' valur għoli” tfisser dokumenti li l-użu mill-ġdid tagħhom li hu assoċjat ma' benefiċċji importanti għas-soċjetà, l-ambjent u l-ekonomija, b'mod partikolari minħabba l-adegwatezza tagħhom biex jinħolqu servizzi u applikazzjonijiet b'valur miżjud, u impjiegi ġodda, ta' kwalità għolja u diċenti, u tal-għadd ta' benefiċjarji potenzjali tas-servizzi u l-applikazzjonijiet b'valur miżjud abbażi ta' dawk is-settijiet tad-data;
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“użu mill-ġdid” tfisser l-użu minn persuni jew entitajiet ġuridiċi ta' dokumenti miżmuma:
|
(a)
|
mill-korpi tas-settur pubbliku, għall-finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali minbarra l-fini inizjali fi ħdan il-kompitu pubbliku li għalih id-dokumenti kienu prodotti, ħlief għall-iskambju ta' dokumenti bejn il-korpi tas-settur pubbliku purament fit-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom; jew
|
|
(b)
|
mill-impriżi pubbliċi, għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali, ħlief il-fini inizjali li jipprovdu servizzi fl-interess ġenerali li għalih id-dokumenti kienu prodotti, ħlief għall-iskambju ta' dokumenti bejn l-impriżi pubbliċi u l-korpi tas-settur pubbliku purament fit-twettiq tal-kompiti pubbliċi tal-korpi tas-settur pubbliku;
|
|
|
Artikolu 2 (12)
|
“data personali” tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679;
|
|
Artikolu 2 (13)
|
“format li jinqara mill-magni” tfisser format ta' fajl strutturat b'mod li l-applikazzjonijiet tas-software jkunu jistgħu jidentifikaw, jagħrfu u jieħdu data speċifika b'mod faċli, inkluż dikjarazzjonijiet individwali tal-fatti, u l-istruttura interna tagħhom;
|
|
Artikolu 2 (14)
|
“format miftuħ” tfisser format ta' fajl li hu indipendenti mill-pjattaforma u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mingħajr restrizzjonijiet li jxekklu l-użu mill-ġdid tad-dokumenti;
|
|
Artikolu 2 (15)
|
“standard miftuħ formali” tfisser standard li ġie stabbilit bil-miktub u b'deskrizzjoni fid-dettall tal-ispeċifikazzjonijiet għar-rekwiżiti dwar kif tkun żgurata l-interoperabbiltà tas-software;
|
|
Artikolu 2 (16)
|
“redditu raġonevoli fuq l-investiment” tfisser perċentwal tat-tariffa ġenerali, flimkien ma' dik meħtieġa biex jiġi rkuprati l-ispejjeż eliġibbli, sa 5 punti perċentwali aktar mir-rata fissa tal-imgħax tal-BĊE;
|
|
Artikolu 2 (17)
|
“parti terza” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li mhix korp tas-settur pubbliku jew impriża pubblika li jżommu d-data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1024
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|