2. L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, ikomplu bl-isforzi biex jiġi ssimplifikat l-aċċess għas-settijiet tad-data, b'mod partikolari billi jipprovdu punt ta' aċċess uniku u billi progressivament iqiegħdu għad-dispożizzjoni settijiet tad-data adatti miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku rigward id-dokumenti li għalihom tapplika din id-Direttiva, kif ukoll rigward data miżmuma minn istituzzjonijiet tal-Unjoni, f'formati li jkunu aċċessibbli, faċli biex jinstabu u li jistgħu jintużaw mill-ġdid b'mezzi elettroniċi.