2. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 13(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-16 ta' Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.