Id-delega ta' setgħa msemmija fl-
►M5
Artikolu 7(8), l-Artikolu 7a(2), l-Artikolu 10(8), l-Artikolu 11(1), ir-raba' subparagrafu, l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(8) u (9)
◄ tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.