1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-laqgħat rilevanti kollha skedati fil-qafas tal-ftehim dwar it-trasport bl-ajru jew is-servizzi tal-ajru, jew ta' kwalunkwe dispożizzjoni dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru inkluża fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-pajjiż terz ikkonċernat, sabiex tiġi diskussa l-kwistjoni koperta mill-investigazzjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-aġenda u l-informazzjoni rilevanti kollha li jippermettu li jkun hemm fehim tas-suġġetti li għandhom jiġu diskussi f'dawk il-laqgħat.