1. Il-Kummissjoni għandha tiżvela lill-pajjiż terz, lill-entità tal-pajjiż terz u lit-trasportatur bl-ajru tal-pajjiż terz ikkonċernat, kif ukoll lill-ilmentatur, lill-partijiet interessati, lill-Istati Membri u lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni l-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom beħsiebha tadotta miżuri ta' rimedju, jew biex jintemmu l-proċedimenti mingħajr ma jiġu adottati miżuri ta' rimedju, sa mhux aktar tard minn xahar qabel ma jitlaqqa' l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16, skont l-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 14(1).