1. Fuq bażi regolari, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. B'rispett dovut għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8, ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri ta' rimedju, it-terminazzjoni tal-investigazzjonijiet mingħajr miżuri ta' rimedju, reviżjonijiet ta' miżuri ta' rimedju u kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-partijiet interessati u pajjiżi terzi.