|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“ċibersigurtà” tfisser l-attivitajiet meħtieġa biex jiġu mħarsa n-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti ta’ tali sistemi, u persuni oħra milquta minn theddid ċibernetiku;
(2)
“netwerk u sistema tal-informazzjoni” tfisser netwerk u sistema tal-informazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
(3)
“strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni” tfisser strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
(4)
“operatur ta’ servizzi essenzjali” tfisser operatur ta’ servizzi essenzjali kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
(5)
“fornitur ta’ servizz diġitali” tfisser fornitur ta’ servizz diġitali kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
(6)
“inċident” tfisser inċident kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
(7)
“l-indirizzar ta’ inċident” tfisser l-indirizzar ta’ inċident kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
(8)
“theddida ċibernetika” tfisser kwalunkwe ċirkostanza, avveniment jew azzjoni potenzjali li tista’ tkun ta’ ħsara għal, tfixkel jew b’xi mod ieħor ikollha impatt negattiv fuq in-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti ta’ tali sistemi u persuni oħra;
(9)
“skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà” tfisser sett komprensiv ta’ regoli, rekwiżiti tekniċi, standards u proċeduri li huma stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni jew għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti speċifiċi;
(10)
“skema nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà” tfisser sett komprensiv ta’ regoli, rekwiżiti tekniċi, standards u proċeduri żviluppati u adottati minn awtorità pubblika nazzjonali u li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni jew għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema speċifika;
(11)
“ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà” tfisser dokument li jinħareġ minn korp rilevanti u li jiddikjara li prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit partikolari jkun ġie evalwat għall-konformità ma’ rekwiżiti tas-sigurtà speċifiċi stabbiliti fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
(12)
“prodott tal-ICT” tfisser element jew grupp ta’ elementi ta’ netwerk jew sistema tal-informazzjoni;
(13)
“servizz tal-ICT” tfisser servizz li jikkonsisti b’mod sħiħ jew prinċipalment mit-trasmissjoni, il-ħżin, il-ġbir jew l-ipproċessar ta’ informazzjoni permezz ta’ netwerks u sistemi tal-informazzjoni;
(14)
“proċess tal-ICT” tfisser sett ta’ attivitajiet imwettqa biex jiġi ddiżinjat, żviluppat, fornut jew sostnut prodott ICT jew servizz tal-ICT;
(14a)
“servizz tas-sigurtà ġestit” tfisser servizz ipprovdut minn parti terza li jikkonsisti fit-twettiq ta’ attivitajiet relatati mal-ġestjoni tar-riskju taċ-ċibersigurtà, bħall-immaniġġjar tal-inċidenti, l-ittestjar tal-penetrazzjoni, l-awditjar tas-sigurtà u l-konsulenza, inkluż pariri esperti, relatati mal-appoġġ tekniku, jew fl-għoti tal-assistenza għal dawk l-attivitajiet;
(15)
“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
(16)
“korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni” tfisser korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
(17)
“valutazzjoni tal-konformità” tfisser valutazzjoni tal-konformità kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
(18)
“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
(19)
“standard” tfisser standard kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
(20)
“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn, jew proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità ma’, prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit;
(21)
“livell tal-assigurazzjoni” tfisser bażi għall-fiduċja li prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit jissodisfa r-rekwiżiti tas-sigurtà ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà speċifika, u jindika l-livell li fih prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit ikun ġie evalwat iżda li minnu nnifsu ma jkejjilx is-sigurtà tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tal-proċess tal-ICT jew tas-servizz tas-sigurtà ġestit kkonċernat;
(22)
“awtovalutazzjoni tal-konformità” tfisser azzjoni mwettqa minn manifattur jew fornitur ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti li tevalwa jekk dawk il-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà speċifika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|