+Artikolu 7 L-identifikazzjoni ta' xenarji ta' kriżi tal-elettriku nazzjonali
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4

Artikolu 7 L-identifikazzjoni ta' xenarji ta' kriżi tal-elettriku nazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Fi żmien erba' xhur mill-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali skont l-Artikolu 6(1), l-awtorità kompetenti għandha tidentifika l-aktar xenarji ta' kriżi tal-elettriku rilevanti fil-livell nazzjonali.

Artikolu 7 2

2.   Meta tidentifika x-xenarji ta' kriżi tal-elettriku nazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, lill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni li l-awtorità kompetenti tqis rilevanti, il-produtturi rilevanti jew il-korpi kummerċjali tagħhom u l-awtorità regolatorja meta hija ma tkunx l-awtorità kompetenti.

Artikolu 7 3

3.   Ix-xenarji ta' kriżi tal-elettriku nazzjonali għandhom ikunu identifikati fuq il-bażi ta' mill-anqas ir-riskji msemmijin fl-Artikolu 5(2) u għandhom ikunu konsistenti max-xenarji tal-kriżi tal-elettriku reġjonali identifikati f'konformità mal-Artikolu 6(1). L-Istati Membri għandhom jaġġornaw ix-xenarji tal-kriżi tal-elettriku nazzjonali kull erba' snin, sakemm iċ-ċirkustanzi ma jiġġustifikawx aġġornamenti aktar spissi.

Artikolu 7 4

4.   Fi żmien erba' xhur mill-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali skont l-Artikolu 6(1), l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-ECG u lill-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tagħhom tar-riskji relattivament għas-sjieda ta' infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u dwar kwalunkwe miżura meħuda għall-prevenzjoni jew għall-mitigazzjoni ta' tali riskji, b'indikazzjoni dwar għaliex tali miżuri huma meqjusin neċessarji u proporzjonati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.