2. Il-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jiġu attivati fi kriżi tal-elettriku biss bħala l-aħħar alternattiva jekk ikunu ġew eżawriti l-għażliet kollha pprovduti mis-suq jew fejn ikun evidenti li l-miżuri ibbażati fuq is-suq waħedhom ma jkunux biżżejjed għall-prevenzjoni ta' deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-elettriku. Il-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq ma għandhomx ifixklu indebitament il-kompetizzjoni u l-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-elettriku. Għandhom ikunu neċessarji, proporzjonati, mhux diskriminatorji u temporanji. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-Istat Membru tagħha dwar l-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura mhux ibbażata fuq is-suq.