1. L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimplimentaw il-proċeduri msemmija f'dan ir-Regolament skont ir-regoli applikabbli, inklużi r-regoli nazzjonali relattivi għat-trattament ta' informazzjoni u proċessi kunfidenzjali. Jekk l-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli tirriżulta f'informazzjoni li ma tiġix żvelata, fost l-oħrajn bħala parti minn pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, l-Istat Membru jew l-awtorità jistgħu jipprovdu sommarju mhux kunfidenzjali tagħhom, u għandhom jagħmlu dan fuq talba.