+Artikolu 55 Kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO
---+Artikolu 55 1.
---+Artikolu 55 2.
|
Artikolu 55 Kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 55 1.
|
Il-kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a)
il-promozzjoni tat-tħaddim u l-ippjanar tan-netwerks ta' distribuzzjoni u f'kooperazzjoni mat-tħaddim u l-ippjanar tan-netwerks ta' trażmissjoni;
(b)
il-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija rinnovabbli, tal-ġenerazzjoni distribwita u ta' riżorsi oħra inkorporati fin-netwerk ta' distribuzzjoni bħall-ħżin tal-enerġija;
(c)
il-faċilitazzjoni tar-rispons u l-flessibbiltà min-naħa tad-domanda u l-aċċess tal-utenti tal-grilja ta' distribuzzjoni għas-swieq;
(d)
il-kontribut għad-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta' distribuzzjoni inkluż l-użu ta' grilji intelliġenti u ta' sistemi ta' kejl intelliġenti;
(e)
l-appoġġ għall-iżvilupp ta' ġestjoni tad-dejta, sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u l-entitajiet regolati;
(f)
il-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk li huma rilevanti għat-tħaddim u l-ippjanar tal-grilji ta' distribuzzjoni u t-tħaddim ikkoordinat tan-netwerks ta' trażmissjoni u n-netwerks ta' distribuzzjoni skont l-Artikolu 59.
|
|
Artikolu 55 2.
|
Barra minn hekk l-entità tal-UE għad-DSO għandha:
(a)
tikkoopera mal-ENTSO għall-Elettriku dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida adottati skont dan ir-Regolament li huma rilevanti għat-tħaddim u l-ippjanar tal-grilji ta' distribuzzjoni u t-tħaddim koordinat tan-netwerks ta' trażmissjoni u n-netwerks ta' distribuzzjoni;
(b)
tikkoopera mal-ENTSO għall-Elettriku u tadotta l-aħjar prattiki dwar it-tħaddim u l-ippjanar koordinat tas-sistemi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni inklużi kwistjonijiet bħall-iskambju ta' dejta bejn operaturi u koordinazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija distribwiti;
(c)
taħdem biex tidentifika l-aħjar prattiki fl-oqsma identifikati fil-paragrafu 1 u biex tintroduċi t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija fin-netwerk ta' distribuzzjoni;
(d)
tadotta programm ta' ħidma annwali u rapport annwali;
(e)
topera skontil-liġi tal-kompetizzjoni u tiżgura n-newtralità.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|