+Artikolu 5 Kumuli mwarrba
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.

Artikolu 5 Kumuli mwarrba

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Id-detentur ta' kumulu mwarrab, li jikkonsisti minn jew li fih kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness I jew II, li għalih l-ebda użu m'hu permess, għandu jimmaniġġja dak il-kumulu mwarrab bħala skart u b'konformità mal-Artikolu 7.
Artikolu 5 2.
Id-detentur ta' kumulu mwarrab akbar minn 50 kg, li jikkonsisti minn jew li fih kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness I jew II, u li l-użu tiegħu hu permess, għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-kumulu mwarrab huwa stabbilit b'informazzjoni dwar in-natura u d-daqs ta' dak il-kumulu mwarrab. Din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fi żmien 12-il xahar mid-data li dan ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 sar applikabbli għal dik is-sustanza, skont liema data tkun ġiet l-ewwel għad-detentur, u mill-emendi rilevanti għall-Anness I jew II u kull sena wara dan sal-iskadenza speċifikata fl-Anness I jew II għal użu ristrett.

Id-detentur għandu jimmaniġġja l-kumulu mwarrab b'mod sikur, effiċjenti u mingħajr riskji għall-ambjent, b'konformità mal-limiti minimi u mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u filwaqt li jittieħdu l-passi adegwati kollha biex ikun żgurat li l-kumulu mwarrab jiġi mmaniġġjat b'mod li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Artikolu 5 3.
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-użu u l-immaniġġjar tal-kumuli mwarrba notifikati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1021
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.