+Artikolu 11 Skambju ta' informazzjoni
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.

Artikolu 11 Skambju ta' informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw u jintrabtu li jsir l-iskambju fl-Unjoni u ma' pajjiżi terzi ta' informazzjoni rilevanti għat-tnaqqis, il-minimizzazzjoni jew l-eliminazzjoni, meta fattibbli, tal-manifattura, l-użu u l-emissjoni ta' POPs u tal-alternattivi ta' dawk is-sustanzi, filwaqt li jispeċifikaw ir-riskji u l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali konnessi ma' dawn l-alternattivi.
Artikolu 11 2.

Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw fir-rigward tal-POPs:

(a) 

programmi ta' sensibilizzazzjoni, inkluż dawk dwar l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent u l-alternattivi tagħhom u dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-manifattura, l-użu u l-emissjoni tagħhom, speċjalment għal:

(i) 

min ifassal il-politika u jieħdu d-deċiżjonijiet,

(ii) 

gruppi partikolarment vulnerabbli;

(b) 

għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku;

(c) 

taħriġ, inklużi l-ħaddiema, ix-xjenzati, l-edukaturi u l-persunal tekniku u maniġerjali.

Artikolu 11 3.
Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001, u (KE) Nru 1367/2006 u għad-Direttiva 2003/4/KE, informazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u tal-ambjent ma għandhiex titqies bħala kunfidenzjali. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri li jagħmlu skambju ta' informazzjoni ma' pajjiż terz għandhom jipproteġu kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali b'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1021
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.