2. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinnotifikaw permezz ta mezz durabbli, lill-utenti kummerċjali kkonċernati kwalunkwe bidla proposta fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.
Il-bidliet proposti ma għandhomx jiġu implimentati qabel l-iskadenza ta perijodu ta notifika li jkun raġonevoli u proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-bidliet previsti u għall-konsegwenzi tagħhom fuq l-utent kummerċjali kkonċernat. Dak il-perijodu ta notifika għandu jkun ta mill-inqas 15-il jum li jibdew mid-data meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jinnotifika lill-utenti kummerċjali kkonċernati dwar il-bidliet proposti. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jagħtu perijodi ta’ notifika itwal meta dan ikun meħtieġ biex jippermettu lill-utenti kummerċjali jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali biex jikkonformaw mal-bidliet.
L-utent kummerċjali kkonċernat għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online qabel l-iskadenza tal-perijodu ta notifika. Din it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ notifika skont l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx japplika għall-kuntratt perijodu iqsar.
L-utent kummerċjali kkonċernat jista jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub jew azzjoni affermattiva ċara biex jirrinunzja mill-perijodu ta notifika msemmi fit-tieni subparagrafu fi kwalunkwe mument mill-wasla tan-notifika skont l-ewwel subparagrafu.
Matul il-perijodu ta notifika, is-sottomissjoni ta prodotti jew servizzi ġodda għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandha tiġi kkunsidrata azzjoni affermattiva ċara biex jiġi rinunzjat il-perijodu ta notifika, ħlief fkażijiet fejn il-perijodu ta notifika raġonevoli u proporzjonat ikun itwal minn 15-il jum minħabba li l-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu li l-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti tal-prodotti jew tas-servizzi tiegħu. Fkażijiet bħal dawn, il-perijodu ta notifika ma għandux jitqies awtomatikament irrinunzjat fejn l-utent kummerċjali jissottometti prodotti u servizzi ġodda.