3. Fil-każ ta restrizzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jagħti lill-utent kummerċjali l-opportunità li jiċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi fil-qafas tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti msemmi fl-Artikolu 11. Fejn ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni jiġu revokati mill-fornitur tas-servizzi intermedjarji online, dan għandu jintegra mill-ġdid lill-utent kummerċjali mingħajr dewmien żejjed, inkluż jipprovdi lill-utent kummerċjali bi kwalunkwe aċċess għal data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li jkun irriżulta mill-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti qabel ma jkunu daħlu fis-seħħ ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.