1. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta kodiċijiet ta kondotta, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, flimkien mal-utenti kummerċjali, inklużi l-SMEs u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, li għandhom il-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs.