Artikolu 3b
Miżuri addizzjonali biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni lejn vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fis-suq tal-Unjoni
Sat-30 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tissottometti, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport li jqis il-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni fis-suq tal-Unjoni ta’ vetturi tqal, li jiġu mmodifikati b’mod retroattiv biex isiru vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, inkluż permezz ta’ regoli armonizzati. Dak ir-rapport għandu jkun fiħ analiżi tal-għażliet u l-impatti ta’ dawk l-għażliet. Meta xieraq, l-analiżi għandha tkun akkumpanjata minn inizjattiva leġiżlattiva jew minn azzjoni oħra.