+Artikolu 7 1.

Artikolu 7 1.

►M1  Għall-fini tad-determinazzjoni tal-konformità ta’ manifattur mal-miri ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2039, għandhom jitqiesu l-krediti tal-emissjonijiet jew id-djun tal-emissjonijiet tiegħu ddeterminati f’konformità mal-punt 5 tal-Anness I, li jikkorrispondu għall-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur f’perijodu ta’ rapportar, immultiplikati: ◄

▼M3

(a) 

id-differenza bejn it-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 kif imsemmi fil-paragrafu 2 għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2025 u l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ dak il-manifattur għall-perjodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2029 u d-differenza bejn it-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-perjodi ta’ rapportar ta’ snin għajr 2025 sa 2029 u l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ dak il-manifattur għall-istess perjodu ta’ rapportar, jekk dik id-differenza tkun pożittiva (“il-krediti tal-emissjonijiet”); jew

▼B

(b) 

bid-differenza bejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji u l-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ dak il-manifattur, jekk dik id-differenza tkun pożittiva (“id-djun tal-emissjonijiet”).

Il-krediti tal-emissjonijiet għandhom jinkisbu fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2019 sa ►M1  2039 ◄ . Madankollu, il-krediti tal-emissjonijiet miksuba fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2019 sa 2024 għandhom jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità tal-manifattur mal-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025 biss.

Id-djun tal-emissjonijiet għandhom jinkisbu fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2039. Madankollu, id-dejn tal-emissjonijiet totali ta’ manifattur ma għandux jaqbeż 5 % tal-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-manifattur immultiplikata bl-għadd ta’ vetturi tqal tal-manifattur f’dak il-perijodu (“il-limitu tad-djun tal-emissjonijiet”).

Il-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet miksuba fil-perijodi ta’ rapportar mill-2025 sal-2039, meta applikabbli, għandhom jiġu riportati minn perijodu ta’ rapportar għall-perijodu ta’ rapportar li jmiss. Madankollu, kwalunkwe dejn tal-emissjonijiet li jkun fadal għandu jixxejjen fil-perijodi ta’ rapportar tas-sena 2029, 2034 u 2039. Il-krediti tal-emissjonijiet għandhom jitqiesu għall-fini tad-determinazzjoni tal-konformità tal-manifattur mal-mira tiegħu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi biss fi kwalunkwe perijodu mill-perijodi ta’ rapportar tas-seba’ snin wara l-perijodu ta’ rapportar li matulu jkunu nkisbu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.