+Artikolu 9 Verifika tad-data tal-monitoraġġ
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
|
Artikolu 9 Verifika tad-data tal-monitoraġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-manifatturi għandhom, mingħajr dewmien, jirrapportaw lill-Kummissjoni kwalunkwe devjazzjoni mid-data rrapportata minn dawn li ġejjin:
(a)
meta ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal fis-servizz bħala riżultat tal-verifiki mwettqa f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament jiddevjaw miċ-ċifri li huma indikati fiċ-ċertifikati tal-konformità jew fil-fajl ta’ informazzjoni għall-klijent imsemmi fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2017/2400;
(b)
meta jkunu ġew identifikati żbalji, minħabba input żbaljat tad-data jew kawżi oħra, fl-eżekuzzjoni tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2;
(c)
meta jkunu ġew identifikati żbalji fl-eżekuzzjoni tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2;
(d)
kwalunkwe devjazzjoni għajr dawk imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c).
|
|
Artikolu 9 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tqis id-devjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur u tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, temenda l-lista msemmija fl-Artikolu 11(1). Il-Kummissjoni ma għandhiex tkun obbligata tqis id-devjazzjonijiet jekk il-kalkolu mill-ġdid tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur jew tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza jirriżulta f’devjazzjoni ta’ anqas minn 0,1 %.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar ta’ dawn id-devjazzjonijiet u biex jitqiesu fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|