►M1
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3d(3), l-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 13d(2), l-Artikolu 13f(2) u l-Artikolu 14(1), (2) u (3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
◄ Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.