2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-25 ta’ Ġunju 2020. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.