+Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“informazzjoni regolatorja” tfisser informazzjoni, kemm jekk ippreżentata fil-forma ta’ dokument u kemm jekk le, li hija relatata mat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni, inkluż ta’ merkanzija fi tranżitu, li għandha ssir disponibbli minn operatur ekonomiku kkonċernat skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) sabiex tingħata prova tal-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-atti li jistabbilixxu dawk id-dispożizzjonijiet;

(2) 

“rekwiżit għal informazzjoni regolatorja” tfisser rekwiżit biex tiġi pprovduta informazzjoni regolatorja;

(3) 

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li għandu l-kompetenza li jwettaq kompiti skont l-atti legali msemmija fl-Artikolu 2(1) u li għalih l-aċċess għal informazzjoni regolatorja huwa meħtieġ, bħall-iċċekkjar, l-infurzar, il-validazzjoni jew il-monitoraġġ tal-konformità fit-territorju ta’ Stat Membru;

(4) 

“informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija” jew “eFTI” tfisser sett ta’ elementi ta’ data li huma pproċessati b’mezzi elettroniċi għall-finijiet ta’ skambju ta’ informazzjoni regolatorja fost l-operaturi ekonomiċi kkonċernati u bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti;

(5) 

“sottosett ta’ data tal-eFTI” tfisser sett ta’ elementi tad-data strutturati li jikkorrispondu għall-informazzjoni regolatorja meħtieġa skont att legali speċifiku tal-Unjoni jew liġi nazzjonali msemmi fl-Artikolu 2(1);

▼C1

(6) 

“sett ta’ data komuni tal-eFTI” tfisser sett komprensiv ta’ elementi tad-data strutturati li jikkorrispondu għas-sottosettijiet tad-data tal-eFTI kollha, fejn l-elementi tad-data komuni għas-sottosettijiet differenti tad-data tal-eFTI jkunu inklużi darba biss;

▼B

(7) 

“element ta’ data” tfisser l-iċken unità ta’ informazzjoni li għandha definizzjoni unika u karatteristiċi tekniċi preċiżi, bħall-format, it-tul u t-tip ta’ karattru;

(8) 

“ipproċessar” tfisser operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jitwettqu fuq eFTI, kemm jekk b’mezzi awtomatizzati u kemm jekk mingħajrhom, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-eFTI b’xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

(9) 

“reġistru ta’ operazzjoni” tfisser rekord awtomatizzat tal-ipproċessar elettroniku tal-eFTI.

(10) 

“pjattaforma tal-eFTI” tfisser soluzzjoni bbażata fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), bħal sistema operattiva, ambjent operattiv jew bażi tad-data, maħsuba biex tintuża għall-ipproċessar tal-eFTI;

(11) 

“żviluppatur ta’ pjattaforma tal-eFTI” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li żviluppat jew akkwistat pjattaforma tal-eFTI għall-fini tal-ipproċessar ta’ informazzjoni regolatorja relatata mal-attività ekonomika tagħha stess, jew biex tqiegħed dik il-pjattaforma fis-suq;

(12) 

“servizz tal-eFTI” tfisser servizz li jikkonsisti fl-ipproċessar tal-eFTI permezz ta’ pjattaforma tal-eFTI, waħedha jew flimkien ma’ soluzzjonijiet oħra tal-ICT, inklużi pjattaformi oħra tal-eFTI;

(13) 

“fornitur ta’ servizz tal-eFTI” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz tal-eFTI lil operaturi ekonomiċi kkonċernati abbażi ta’ kuntratt;

(14) 

“operatur ekonomiku kkonċernat” tfisser operatur tat-trasport jew operatur tal-loġistika, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, li tkun responsabbli biex tagħmel disponibbli informazzjoni regolatorja lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti rilevanti għal informazzjoni regolatorja;

(15) 

“format li jista’ jinqara mill-bniedem” tfisser mezz kif id-data tiġi ppreżentata f’forma elettronika li jista’ jintuża bħala informazzjoni minn persuna fiżika mingħajr ma teħtieġ aktar ipproċessar;

(16) 

“format li jista’ jinqara mill-magni” tfisser mezz kif id-data tiġi rappreżentata f’forma elettronika li jista’ jintuża għall-ipproċessar awtomatiku permezz ta’ magna;

(17) 

“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li huwa akkreditat skont dak ir-Regolament biex iwettaq valutazzjoni tal-konformità ta’ pjattaformi tal-eFTI jew ta’ fornituri ta’ servizz tal-eFTI;

(18) 

“vjeġġ” tfisser it-trasport ta’ sett determinat ta’ oġġetti, inkluż l-iskart, bejn l-ewwel post ta’ ġbir u l-post finali tal-konsenja skont it-termini ta’ kuntratt ta’ trasport uniku jew ta’ kuntratti tat-trasport konsekuttivi multipli, inkluż, fejn applikabbli, it-trasferiment bejn il-modi differenti ta’ trasport, irrispettivament mill-kwantità jew l-għadd ta’ kontenituri, pakketti jew biċċiet trasportati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.