+Artikolu 11 Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.

Artikolu 11 Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom ikunu akkreditati skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 għall-finijiet tat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni tal-pjattaformi tal-eFTI u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI kif stabbilit fl-Artikoli 12 u 13 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 11 2.
Għall-finijiet tal-akkreditazzjoni, il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Il-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni għandhom jikkomunikaw lill-awtorità nazzjonali nominata skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu l-indirizz tas-sit web fejn jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni dwar il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditati, inkluż lista aġġornata ta’ dawn il-korpi.
Artikolu 11 3.
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità li għandha żżomm lista aġġornata tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditati, tal-pjattaformi tal-eFTI u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI li jkollhom ċertifikazzjoni valida abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu u skont l-Artikoli 12(2) u l-Artikolu 13(2). Dawk l-awtoritajiet nazzjonali nominati għandhom jagħmlu dik il-lista disponibbli għall-pubbliku fuq sit web uffiċjali tal-gvern.
Artikolu 11 4.
Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, dawk l-awtoritajiet nazzjonali nominati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-lista msemmija fil-paragrafu 3 flimkien mal-indirizz tas-sit web fejn dik il-lista hija disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-indirizzi tas-siti web fuq is-sit web uffiċjali tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.