|
+ANNESS II REKWIŻITI LI JIRRIGWARDAW IL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ |
ANNESS II REKWIŻITI LI JIRRIGWARDAW IL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
ANNESS II REKWIŻITI LI JIRRIGWARDAW IL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ 1. Korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika. 2. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-pjattaforma tal-eFTI jew mill-fornitur tas-servizz tal-pjattaforma li huwa jevalwa. Korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni tal-pjattaforma tal-eFTI jew tal-fornitur tas-servizz tal-pjattaforma li jivvaluta jista’, bil-kundizzjoni li juri l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess, jitqies li huwa korp bħal dan. 3. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-pjattaforma tal-eFTI jew tal-fornitur tas-servizz tal-pjattaforma li huma jevalwaw, u lanqas ir-rappreżentant ta’ xi wieħed minn dawk il-partijiet. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, manifattura jew kostruzzjoni, kummerċjalizzazzjoni, installazzjoni, użu jew manutenzjoni ta’ dik il-pjattaforma tal-eFTI jew tal-fornitur tas-servizz tal-pjattaforma, jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Dawn ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu akkreditati. Dan għandu japplika, b’mod partikolari, għas-servizzi ta’ konsulenza. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-subkuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom. 4. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku, u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u persważjoni, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet. 5. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Artikoli 12 u 13 ta’ dan ir-Regolament, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess tal-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu dawn li ġejjin:
(a)
persunal b’għarfien tekniku u esperjenza biżżejjed u xierqa biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità;
(b)
deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità;
(c)
proċeduri għall-prestazzjoni ta’ attivitajiet li jqisu b’mod dovut id-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha u l-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija kkonċernata. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex jagħmel ix-xogħol tekniku u amministrattiv marbut mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq. 6. Il-persunal responsabbli biex iwettaq kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:
(a)
taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità;
(b)
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnhom u awtorità adegwata biex jagħmlu dawk il-valutazzjonijiet;
(c)
għarfien u fehim xieraq tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament;
(d)
il-kapaċità meħtieġa biex jifformula ċertifikati ta’ konformità, rekords u rapporti li juru li l-evalwazzjonijiet ikunu saru. 7. Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment superjuri tagħhom, u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi min-numru ta’ valutazzjonijiet imwettqa, jew mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet. 8. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà, sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx assunta mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. 9. Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Artikoli 12 u 13 ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħalhom fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti. 10. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun infurmat dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet regolatorji rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|