+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu u tal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 4 mehmuż miegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1)
|
Skont il-Protokoll Nru 4 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (1) (“il-Protokoll Nru 4”) mehmuż mal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea (2) (“l-Att tal-Adeżjoni”), il-Litwanja ħadet l-impenn li tagħlaq l-Unità 1 u l-Unità 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina sal-31 ta’ Diċembru 2004 u l-31 ta’ Diċembru 2009 rispettivament, u li wara tiddekommissjona dawn l-unitajiet.
|
|
(2)
|
B’konformità mal-obbligi tagħha skont l-Att tal-Adeżjoni, u bl-assistenza tal-Unjoni, il-Litwanja għalqet iż-żewġ unitajiet fl-iskadenzi rispettivi u għamlet progress sinifikanti lejn id-dekummissjonar tagħhom. Hija neċessarja ħidma ulterjuri sabiex ikompli jitnaqqas il-livell ta’ periklu radjoloġiku. Abbażi tal-istimi disponibbli, jenħtieġu riżorsi finanzjarji addizzjonali għal dan l-għan wara l-2020.
|
|
(3)
|
L-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonformaw mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli. Id-dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina jenħtieġ li jsir b’konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar is-sikurezza nukleari, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (3), u l-ġestjoni tal-iskart, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (4). Skont l-Artikoli 4 (1) u 7 (1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom, ir-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv iġġenerat għadha f’idejn l-Istati Membri.
|
|
(4)
|
L-għeluq prematur u d-dekummissjonar sussegwenti tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina, b’żewġ unitajiet tar-reatturi tat-tip RBMK ta’ 1 500 MW, li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika, kienu ta’ natura mingħajr preċedent u rrappreżentaw għal-Litwanja piż finanzjarju eċċezzjonali mhux proporzjonat mad-daqs u mas-saħħa ekonomika tal-pajjiż. Il-Protokoll Nru 4 jiddikjara li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni b’appoġġ tal-isforzi tal-Litwanja biex tiddekkommissjona u tindirizza l-konsegwenzi tal-għeluq u tad-dekommissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina għandha titkompla bla xkiel u tiġi estiża lil hinn mill-2006 għall-perijodu tal-Perspettivi Finanzjarji li jmiss.
|
|
(5)
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul kollu tal-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (il-“Programm”), li ser jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja fit-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (5) għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
|
|
(6)
|
Jenħtieġ li l-Programm jiġi stabbilit għal perijodu ta’ seba’ snin biex id-durata tiegħu tiġi allinjata ma’ dik tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (6).
|
|
(7)
|
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għall-Programm. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni.
|
|
(8)
|
F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (9), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (10) u (UE) 2017/1939 (11), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett,u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
|
|
(9)
|
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura tal-għajnuna mill-Istat li jistgħu jitwettqu fil-ġejjieni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
|
|
(10)
|
Il-finanzjament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonċentra fuq attivitajiet li jimplimentaw l-għanijiet ta’ sikurezza tad-dekummissjonar.
|
|
(11)
|
Il-Programm jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-ħolqien tal-għarfien u l-qsim tal-esperjenza. L-għarfien u l-esperjenza miksuba u t-tagħlimiet mittieħda taħt il-Programm fir-rigward tal-proċess ta’ dekummissjonar nukleari jenħtieġ li jinxterdu fl-Unjoni, b’koordinazzjoni u sinerġija mal-programmi rilevanti l-oħra tal-Unjoni għall-attivitajiet ta’ dekummissjonar fil-Bulgarija, fis-Slovakkja u fl-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), peress li tali miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-UE u jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kif ukoll għall-protezzjoni tal-ambjent. Il-kamp ta’ applikazzjoni, il-proċedura u l-aspetti ekonomiċi tal-kooperazzjoni jenħtieġ li jkunu ddettaljati fil-programm ta’ ħidma pluriennali u jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal ftehimiet reċiproċi bejn l-Istati Membri u/jew mal-Kummissjoni.
|
|
(12)
|
Jenħtieġ li l-JRC jiffaċilita d-disseminazzjoni tal-għarfien fost il-partijiet ikkonċernati differenti tal-Unjoni b’mod koordinat (pereżempju billi jwettaq analiżi tas-suq, rieżamijiet u valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tal-għarfien fl-Unjoni, jidentifika direzzjonijiet potenzjali għall-kooperazzjoni, partijiet ikkonċernati interessati u sferi li fihom l-għarfien maħluq fl-implimentazzjoni tal-Programm iġib l-akbar valur miżjud, u jiżviluppa formati għall-qsim tal-għarfien. Id-disseminazzjoni tal-għarfien maħluq jenħtieġ li jiġi ffinanzjat mill-JRC. Kwalunkwe Stat Membru jenħtieġ li jkun jista’ jibda l-iżvilupp ta’ rabtiet u skambji għad-disseminazzjoni tal-għarfien.
|
|
(13)
|
Jenħtieġ li d-dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina jitwettaq billi jintuża l-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli u b’kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li jridu jiġu dekummissjonati, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-ogħla livell ta’ effiċjenza possibbli, u b’hekk jittieħed kont tal-aħjar prattiki internazzjonali.
|
|
(14)
|
Jenħtieġ li jiġu żgurati monitoraġġ u kontroll effettivi tal-evoluzzjoni tal-proċess ta’ dekummissjonar mil-Litwanja u mill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat l-ogħla valur miżjud tal-UE tal-finanzjament allokat skont dan ir-Regolament, għalkemm ir-responsabbiltà aħħarija għad-dekummissjonar hija tal-Litwanja. Dan jinkludi l-kejl effettiv tal-progress u tal-prestazzjoni, kif ukoll il-promulgazzjoni tal-miżuri korrettivi, meta jkunu meħtieġa. Għal dan il-għan, kumitat b’funzjonijiet ta’ monitoraġġ u informazzjoni jenħtieġ li jiġi stabbilit u kopresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u tal-Litwanja.
|
|
(15)
|
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13), jenħtieġ li l-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, u r-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika.
|
|
(16)
|
Jenħtieġ li jkun possibbli ssir reviżjoni tal-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati għall-Programm, kif ukoll tal-perijodu ta’ programmazzjoni abbażi tar-riżultati tar-rapport tal-evalwazzjoni interim.
|
|
(17)
|
L-attivitajiet kofinanzjati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu identifikati fi ħdan il-konfini definiti mill-pjan ta’ dekummissjonar ippreżentat mil-Litwanja skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013 (14). Dak il-pjan jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Programm, kif ukoll l-istat aħħari tad-dekummissjonar u d-data tal-għeluq. Ikopri wkoll l-attivitajiet tad-dekummissjonar, l-iskeda assoċjata magħhom, il-kostijiet u r-riżorsi umani meħtieġa. Fejn rilevanti, jenħtieġ li l-Litwanja tissottometti l-verżjonijiet aġġornati tal-pjan ta’ dekummissjonar lill-Kummissjoni biex din tqishom waqt it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma.
|
|
(18)
|
Jenħtieġ li l-attivitajiet taħt il-Programm jitwettqu bl-isforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u tal-Litwanja. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu ta’ kofinanzjament tal-Unjoni b’konformità mal-prattika ta’ kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri. Filwaqt li jitqiesu l-prattika ta’ programmi kumparabbli tal-Unjoni u l-ekonomija msaħħa tal-Litwanja, mill-bidu tal-Programm sat-tmiem tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni tkun 86 % tal-kostijiet eliġibbli. Il-finanzjament li jifdal jenħtieġ li jkun provdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni, bħal istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi oħrajn.
|
|
(19)
|
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1369/2013 jitħassar.
|
|
(20)
|
Tqies kif xieraq ir-rapport Speċjali Nru 22/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Programmi ta’ għajnuna tal-UE għad-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari fil-Litwanja, fil-Bulgarija u s-Slovakkja: seħħ xi progress mill-2011 ’il hawn, iżda sfidi kruċjali huma mistennija fil-ġejjieni”, ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu u t-tweġiba mill-Kummissjoni.
|
|
(21)
|
Ittieħdet nota tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2019 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (il-programm Ignalina); u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013.
|
|
(22)
|
Il-Programm jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm nazzjonali Litwan għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv stabbilita skont id-Direttiva 2011/70/Euratom.
|
|
(23)
|
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).
|
|
(24)
|
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE ser japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll ir-reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.
|
|
(25)
|
Il-metodi ta’ implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-Unjoni stipulati f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-attivitajiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jittieħed kont b’mod partikolari, tal-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ spejjeż kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.02.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0101
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|