2. Biex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm LIFE lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 23, biex temenda l-Anness II biex tirrevedi jew tikkomplimenta l-indikaturi meta dan ikun meqjus meħtieġ, inkluż bil-għan tal-allinjament tagħhom mal-indikaturi stabbiliti għal programmi oħra tal-Unjoni, u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni.