+Artikolu 19 5

Artikolu 19 5

5.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta regolarment dwar l-inklużjoni ta' objettivi klimatiċi u tal-bijodiversità, inkluż l-ammont tan-nefqa. Filwaqt li titqies in-natura ggwidata mid-domanda tal-Programm LIFE, 61 % tal-ammont globali tal-Programm LIFE kif definit fl-Artikolu 5 huwa mistenni li jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira baġitarja li mill-inqas 30 % tan-nefqa tikkontribwixxi għal objettivi relatati mal-klima. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi mmonitorjata permezz tas-sistema ta' indikaturi tal-klima tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni dwar il-bijodiversità fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-ambizzjoni ġenerali li 7,5 % tal-infiq annwali taħt il-qafas finanzjarju pluriennali jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2024 u li 10 % tal-infiq annwali taħt il-qafas finanzjarju pluriennali jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u fl-2027, filwaqt li jitqiesu s-sovrappożizzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet klimatiċi u dawk relatati mal-bijodiversità.

L-infiq relatat mal-bijodiversità għandu jiġi mmonitorjat bl-użu ta' metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, kif imsemmi fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda. Dawk il-metodi ta' monitoraġġ għandhom jintużaw biex jiġu kkwantifikati l-approprjazzjonijiet ta' impenn li mistennija li jikkontribwixxu rispettivament għall-objettivi klimatiċi u dawk relatati mal-bijodiversità tul il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027 fil-livell xieraq ta' diżaggregazzjoni. L-infiq għandu jiġi ppreżentat kull sena fid-Dikjarazzjoni tal-Programm. Il-kontribut tal-Programm LIFE għall-objettivi klimatiċi u tal-bijodiversità tal-Unjoni għandu jiġi rrapportat regolarment fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rapport annwali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0783
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.