1. Il-finanzjament mill-Unjoni jista’ jkopri n-nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mat-tħejjija, is-segwitu, il-monitoraġġ, il-kontroll, il-verifika u l-evalwazzjoni neċessarji għall-implimentazzjoni, kif ukoll għan-nefqa fil-kwartieri ġenerali għall-appoġġ amministrattiv meħtieġ għall-Istrument, u għall-ġestjoni ta’ operazzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, inkluż azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, u sistemi ta’ teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi.