+Artikolu 10 2.

Artikolu 10 2.

Il-ftehim ta’ hosting għandu jindirizza b’mod partikolari l-elementi li ġejjin rigward is-supercomputers tal-EuroHPC:

(a) 

id-drittijiet u l-obbligi tul il-proċedura għall-akkwist tas-supercomputer, inkluż it-testijiet ta’ aċċettazzjoni tas-supercomputer;

(b) 

il-kondizzjonijiet tar-responsabbiltà għall-operazzjoni tas-supercomputer;

(c) 

il-kwalità tas-servizz offrut lill-utenti meta joperaw is-supercomputer, kif stabbilit fil-ftehim dwar il-livell ta’ servizz;

(d) 

il-pjanijiet rigward l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibbiltà ambjentali tas-supercomputer;

(e) 

il-kondizzjonijiet tal-aċċess tas-sehem tal-Unjoni tal-ħin ta’ aċċess għas-supercomputer, kif deċiż mill-Bord tat-Tmexxija f’konformità mal-Artikolu 17;

(f) 

il-modalitajiet ta’ kontabbiltà tal-ħinijiet ta’ aċċess;

(g) 

is-sehem mill-kost totali tas-sjieda li l-entità tal-hosting għandha tagħmel arranġamenti biex jiġu koperti mill-Istat Parteċipanti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew mill-Istati Parteċipanti fil-konsorzju tal-hosting;

(h) 

il-kondizzjonijiet għat-trasferiment tas-sjieda msemmija fl-Artikoli 11(5), 12(7), 13(6) u 14(6), inkluż, f’każ ta’ supercomputers tal-EuroHPC, id-dispożizzjonijiet għall-kalkolu tal-valur residwu tagħhom u għad-dekommissjonar tagħhom;

(i) 

l-obbligu tal-entità tal-hosting li tipprovdi aċċess għas-supercomputers tal-EuroHPC, filwaqt li tiżgura s-sigurtà tas-supercomputers, il-protezzjoni tad-data personali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, il-protezzjoni tal-privatezza tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mad-Direttiva 2002/58/KE, il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/943 u l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ data oħra koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali;

(j) 

l-obbligu tal-entità tal-hosting li tistabbilixxi proċedura tal-awditu ċertifikat li tkopri l-kostijiet tal-operazzjoni tas-supercomputer tal-EuroHPC u l-ħinijiet ta’ aċċess tal-utenti;

(k) 

l-obbligu tal-entità tal-hosting biex sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena tippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija rapport tal-awditjar u data dwar l-użu tal-ħin ta’ aċċess fis-sena finanzjarja preċedenti;

▼M1

(l) 

il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli meta l-entità tal-hosting topera supercomputer tal-EuroHPC għall-użu industrijali jew supercomputer ottimizzat permezz tal-IA.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.