+Artikolu 2 2
|
Artikolu 2 2
2. Minbarra d-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
“fornitur tar-roaming” tfisser impriża li tipprovdi servizzi tar-roaming bl-imnut regolati lil klijent tar-roaming;
|
|
(b)
|
“fornitur domestiku” tfisser impriża li tipprovdi servizzi domestiċi tal-komunikazzjoni mobbli lil klijent tar-roaming;
|
|
(c)
|
“network tal-pajjiż tal-oriġini” tfisser network pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli li jinsab fi Stat Membru u li jintuża mill-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati lil klijent tar-roaming;
|
|
(d)
|
“network miżjur” tfisser network pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli terrestri li jinsab fi Stat Membru li mhux dak tal-fornitur domestiku tal-klijent tar-roaming u li permezz tiegħu, il-klijenti tar-roaming ikunu jistgħu jagħmlu jew jirċievu telefonati, jibgħatu jew jirċievu messaġġi SMS, jew jagħmlu komunikazzjonijiet ta’ data bil-kommutazzjoni ta’ pakketti, permezz ta’ arranġamenti mal-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini;
|
|
(e)
|
“roaming madwar l-Unjoni” tfisser l-użu ta’ apparat mobbli minn klijenti tar-roaming biex jagħmlu jew jirċievu telefonati fl-Unjoni, biex jibgħatu jew jirċievu messaġġi SMS fl-Unjoni, jew biex jagħmlu komunikazzjonijiet ta’ data bil-kommutazzjoni ta’ pakketti, meta jkunu fi Stat Membru li mhux dak fejn jinsab in-network tal-fornitur domestiku, permezz ta’ arranġamenti bejn l-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini u l-operatur tan-network miżjur;
|
|
(f)
|
“klijenti tar-roaming” tfisser klijenti ta’ fornitur tar-roaming ta’ servizzi tar-roaming regolati, permezz ta’ network pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli terrestri li jinsab fl-Unjoni, li l-kuntratt bl-imnut jew l-arranġament tagħhom ma’ dak il-fornitur tar-roaming jippermettu roaming madwar l-Unjoni;
|
|
(g)
|
“telefonata tar-roaming regolata” tfisser telefonata bil-vuċi mobbli magħmula minn klijenti tar-roaming li tkun toriġina fuq network miżjur u tintemm fuq xi network pubbliku tal-komunikazzjoni madwar l-Unjoni, jew li jirċievu klijenti tar-roaming u tkun toriġina fuq network pubbliku tal-komunikazzjoni madwar l-Unjoni u tintemm fuq xi network miżjur;
|
|
(h)
|
“messaġġ SMS” tfisser messaġġ testwali ta’ Servizz ta’ Messaġġ Qasir li jkun magħmul l-aktar minn karattri alfabetiċi jew numeriċi, jew it-tnejn, li jista’ jintbagħat bejn numri mobbli u/jew fissi assenjati skont pjanijiet nazzjonali tan-numri;
|
|
(i)
|
“messaġġ SMS tar-roaming regolat” tfisser messaġġ SMS mibgħut minn klijenti tar-roaming, li jkun joriġina fuq network miżjur u jintemm fuq network pubbliku tal-komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni, jew li jirċievu klijenti tar-roaming u jkun joriġina fuq network pubbliku tal-komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni u jintemm fuq network miżjur;
|
|
(j)
|
“servizz tar-roaming regolat tad-data” tfisser servizz tar-roaming li permezz tiegħu jkunu jistgħu jsiru komunikazzjonijiet ta’ data bil-kommutazzjoni ta’ pakketti minn klijenti tar-roaming permezz tal-apparat mobbli tagħhom waqt konnessjoni ma’ network miżjur, għajr it-trażmissjoni jew il-wasla ta’ telefonati jew messaġġi SMS tar-roaming regolati, iżda inkluż it-trażmissjoni u l-wasla ta’ messaġġi MMS;
|
|
(k)
|
“aċċess għal roaming bl-ingrossa” tfisser aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa jew aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa;
|
|
(l)
|
“aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa” tfisser id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet jew servizzi, jew it-tnejn, minn operatur tan-networks mobbli lil impriża oħra skont kondizzjonijiet definiti, biex dik l-impriża l-oħra tipprovdi servizzi tar-roaming regolati lil klijenti tar-roaming;
|
|
(m)
|
“aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa” tfisser il-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa minn operatur tan-networks mobbli li huwa differenti mill-operatur tan-networks miżjura lil impriża oħra, biex dik l-impriża l-oħra tipprovdi servizzi tar-roaming regolati lil klijenti tar-roaming;
|
|
(n)
|
“prezz bl-imnut domestiku” tfisser it-tariffa bl-imnut domestika għal kull unità tal-fornitur tar-roaming applikabbli għat-telefonati magħmula u għall-messaġġi SMS mibgħuta li joriġinaw u jintemmu fuq networks differenti tal-komunikazzjoni pubblika fl-istess Stat Membru, u għad-data kkonsmata minn klijent.
|
Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (n), jekk ma jkun hemm l-ebda tariffa bl-imnut domestika speċifika għal kull unità, il-prezz bl-imnut domestiku għandu jitqies l-istess mekkaniżmu ta’ tariffar bħal dak applikat lill-klijenti għat-telefonati magħmula u għall-messaġġi SMS mibgħuta, li t-tnejn joriġinaw u jintemmu fuq networks differenti tal-komunikazzjoni pubblika fl-istess Stat Membru, u għad-data kkonsmata fl-Istat Membru ta’ dak il-klijent.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|