+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.
Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni ta’ miżuri li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika fl-Unjoni biex ikun żgurat li l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni jintlaħaqu u tippermetti aktar titjib fl-effiċjenza enerġetika. L-għan ta’ dak il-qafas komuni huwa li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni billi titnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija, inkluż il-fjuwils fossili.

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli mfassla biex jimplimentaw l-effiċjenza enerġetika bħala prijorità fost is-setturi kollha, ineħħu l-ostakli fis-suq tal-enerġija u jxejnu l-fallimenti tas-suq li jxekklu l-effiċjenza fil-provvista, fit-trażmissjoni, fil-ħżin u fl-użu tal-enerġija. Barra minn hekk, din tipprevedi li jiġu stabbiliti kontributi nazzjonali indikattivi tal-effiċjenza enerġetika għall-2030.

Din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”, u b’hekk tikkontribwixxi wkoll biex l-Unjoni tkun soċjetà inklużiva, ġusta u prospera b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva.

Artikolu 1 2.
Ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva huma rekwiżiti minimi u ma għandhom jipprevjenu lill-ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri iktar stretti. Dawn il-miżuri għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi miżuri aktar stretti, l-Istat Membru għandu jinnotifika din il-leġiżlazzjoni lill-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.