+Artikolu 20 Il-kost tal-aċċess għall-metraġġ u għal informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.

Artikolu 20 Il-kost tal-aċċess għall-metraġġ u għal informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti aħħarin jirċievu l-kontijiet kollha tagħhom u l-informazzjoni kollha dwar il-kontijiet għall-konsum tal-enerġija mingħajr ħlas u li l-utenti aħħarin ikollhom aċċess għad-data dwar il-konsum tagħhom b’mod adegwat u mingħajr ħlas.
Artikolu 20 2.
Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-distribuzzjoni tal-kostijiet tal-informazzjoni dwar il-kontijiet għall-konsum individwali tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku f’bini b’diversi appartamenti u f’bini b’diversi użi skont l-Artikolu 15 għandha ssir mingħajr qligħ. Il-kostijiet imġarrba bl-assenjar ta’ dak il-kompitu lil parti terza, bħal lil fornitur ta’ servizz jew lill-fornitur lokali tal-enerġija, li jkopru l-kejl, l-allokazzjoni u l-kontabbiltà għall-konsum individwali reali f’bini bħal dan, jistgħu jingħaddu lill-utenti finali, diment li dawn il-kostijiet ikunu raġonevoli.
Artikolu 20 3.
Sabiex jiġu żgurati spejjeż raġonevoli għas-servizzi ta’ kejl separat tal-konsum kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistimulaw il-kompetizzjoni f’dak is-settur ta’ servizzi billi jieħdu miżuri xierqa bħal pereżempju billi jirrakkomandaw jew jippromwovu b’xi mod ieħor l-użu ta’ sejħiet għal offerti jew l-użu ta’ apparati interoperabbli u sistemi li jiffaċilitaw il-bdil bejn fornituri ta’ servizzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.