Artikolu 32
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksurta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom sal-11 ta’ Ottubru 2025, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.