|
+ANNESS II IL-PRINĊIPJI ĠENERALI GĦALL-KALKOLU TAL-ELETTRIKU MILL-KOĠENERAZZJONI |
ANNESS II IL-PRINĊIPJI ĠENERALI GĦALL-KALKOLU TAL-ELETTRIKU MILL-KOĠENERAZZJONI
ANNESS II IL-PRINĊIPJI ĠENERALI GĦALL-KALKOLU TAL-ELETTRIKU MILL-KOĠENERAZZJONI Parti I Prinċipji ġenerali Il-valuri użati għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-operazzjoni mistennija jew attwali tal-unità waqt kundizzjonijiet tal-użu normali. Għall-unitajiet tal-mikrokoġenerazzjoni, il-kalkolu jista’ jkun ibbażat fuq valuri ċċertifikati.
(1)
Il-produzzjoni tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandha titqies ugwali għall-produzzjoni annwali totali tal-elettriku tal-unità mkejla fl-iżbokk tal-ġeneraturi ewlenin; diment li jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
f’unitajiet tal-koġenerazzjoni tat-tipi (2), (4), (5), (6), (7) u (8) kif imsemmi fil-Parti II b’effiċjenza ġenerali annwali stabbilita mill-Istati Membri f’livell ta’ mill-inqas 75 %;
(b)
f’unitajiet tal-koġenerazzjoni tat-tipi (1) u (3) kif imsemmi fil-Parti II b’effiċjenza ġenerali annwali stabbilita mill-Istati Membri f’livell ta’ mill-inqas 80 %.
(2)
F’unitajiet tal-koġenerazzjoni b’effiċjenza ġenerali annwali inqas mill-valur imsemmi fil-punt (1)(a), jiġifieri l-unitajiet tal-koġenerazzjoni tat-tipi (2), (4), (5), (6), (7), u (8) kif imsemmi fil-Parti II, jew b’effiċjenza ġenerali annwali inqas mill-valur imsemmi fil-punt (1)(b), jiġifieri l-unitajiet tal-koġenerazzjoni tat-tipi (1) u (3) kif imsemmi fil-Parti II, l-elettriku mill-koġenerazzjoni jiġi kkalkolat bil-formula li ġejja: ECHP=HCHP*C fejn: ECHP hija l-ammont ta’ elettriku mill-koġenerazzjoni; C hija l-proporzjon tal-enerġija għas-sħana; HCHP hija l-ammont ta’ sħana utli mill-koġenerazzjoni (ikkalkulat għal dan il-għan bħala l-produzzjoni totali tas-sħana, bit-tnaqqis ta’ kull sħana ġġenerata f’bojlers separati jew bl-estrazzjoni ta’ fwar taħt pressjoni (live steam) mill-ġeneratur tal-fwar qabel it-turbina). Il-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-proporzjon proprja tal-potenza għas-sħana. Jekk il-proporzjon proprja tal-potenza għas-sħana ta’ unità tal-koġenerazzjoni mhux magħruf, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti li ġejjin, b’mod partikolari għall-finijiet statistiċi, għall-unitajiet tat-tipi (1), (2), (3), (4) u (5) kif imsemmi fil-Parti II, dment li l-elettriku mill-koġenerazzjoni kkalkolat ikun daqs jew inqas mill-produzzjoni totali tal-elettriku tal-unità:
Jekk l-Istati Membri jintroduċu valuri prestabbiliti għall-proporzjonijiet tal-potenza għas-sħana għall-unitajiet tat-tipi (6), (7), (8), (9), (10) u (11) kif imsemmi fil-Parti II, dawn il-valuri prestabbiliti għandhom jiġu ppubblikati u notifikati lill-Kummissjoni.
(3)
Jekk sehem mill-kontenut tal-enerġija tal-input tal-fjuwil fil-proċess tal-koġenerazzjoni jiġi rkuprat f’kimiċi u jiġi riċiklat, dak is-sehem jista’ jitnaqqas mill-input tal-fjuwil qabel ma tiġi kkalkolata l-effiċjenza ġenerali użata fil-punti (1) u (2).
(4)
L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-proporzjon tal-potenza għas-sħana bħala l-proporzjon tal-elettriku għas-sħana utli meta l-operazzjoni ssir fil-modalità ta’ koġenerazzjoni b’kapaċità aktar baxxa li tuża data operazzjonali tal-unità speċifika.
(5)
L-Istati Membri jistgħu jużaw perjodi tar-rappurtar oħrajn minflok il-perjodi tar-rappurtar ta’ kull sena għall-finijiet tal-kalkoli f’konformità mal-punti (1) u (2). Parti II Teknoloġiji tal-koġenerazzjoni koperti minn din id-Direttiva
(1)
Turbina tal-gass b’ċiklu kkombinat bl-irkupru tas-sħana
(2)
Turbina ta’ kontropressjoni tal-fwar
(3)
Turbina ta’ estrazzjoni bil-kondensazzjoni tal-fwar
(4)
Turbina tal-gass bl-irkupru tas-sħana
(5)
Magna ta’ kombustjoni interna
(6)
Mikroturbini
(7)
Magni Stirling
(8)
Ċelloli tal-fjuwil
(9)
Magni tal-fwar
(10)
Ċikli Rankine organiċi
(11)
Kwalunkwe tip ieħor ta’ teknoloġija jew kombinazzjoni li tinvolvi l-koġenerazzjoni. Meta jimplimentaw u japplikaw il-prinċipji ġenerali għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw il-Linji Gwida dettaljati stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/952/KE ( 16 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|