|
+ANNESS XIV REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMI TAT-TRAŻMISSJONI U GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMI TAD-DISTRIBUZZJONI |
ANNESS XIV REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMI TAT-TRAŻMISSJONI U GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMI TAD-DISTRIBUZZJONI
ANNESS XIV REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMI TAT-TRAŻMISSJONI U GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMI TAD-DISTRIBUZZJONI L-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni għandhom:
(a)
jistabbilixxu u jagħmlu pubbliċi r-regoli standard tagħhom relatati mat-tiġrib u l-qsim tal-kostijiet tal-adattamenti tekniċi, bħall-konnessjonijiet mal-grilja, rinfurzar tal-grilja u l-introduzzjoni ta’ grilji ġodda, operazzjoni mtejba tal-grilja u regoli dwar l-implimentazzjoni nondiskriminatorja tal-kodiċijiet tal-grilja, li huma meħtieġa għal integrazzjoni tal-produtturi l-ġodda li jalimentaw l-elettriku ġġenerat b’koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja fil-grilja interkonnessa;
(b)
jipprovdu lil kull produttur ġdid tal-elettriku ġġenerat b’koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja li jixtieq ikun konness mas-sistema bl-informazzjoni komprensiva u meħtieġa mitluba, inkluż:
(i)
stima komprensiva u dettaljata tal-kostijiet assoċjati mal-konnessjoni;
(ii)
skeda taż-żmien raġonevoli u preċiża għall-wasla u l-ipproċessar tat-talba għall-konnessjoni mal-grilja;
(iii)
skeda taż-żmien indikattiva u raġonevoli għal kwalunkwe konnessjoni proposta mal-grilja. Il-proċess ġenerali għal konnessjoni mal-grilja ma għandux ikun itwal minn 24 xahar, b’kunsiderazzjoni ta’ dak li hu raġonevolment prattikabbli u nondiskriminatorju;
(c)
jipprovdu proċeduri standardizzati u simplifikati għall-konnessjoni ta’ produtturi distribwiti ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja biex jiffaċilitaw il-konnessjoni tagħhom mal-grilja. Ir-regoli standard imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji b’kunsiderazzjoni partikolari tal-kostijiet u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-konnessjoni ta’ dawk il-produtturi mal-grilja. Dawn jistgħu jipprevedu tipi differenti ta’ konnessjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|