+Artikolu 39 Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Programm
---+Artikolu 39 1
---+Artikolu 39 2
---+Artikolu 39 3
---+Artikolu 39 4

Artikolu 39 Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Programm

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1

1.   F’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi konklużi f’konformità mal-Artikolu 218 TFUE li jkopru l-parteċipazzjoni ta’ pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ membri tal-EFTA li huma membri taż-ŻEE, kif ukoll tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, f’konformità mal-prinċipji ġenerali u mat-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u f’konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(b)

pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, f’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jew fi ftehimiet simili, u f’konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)

pajjiżi terzi, għajr dawk il-pajjiżi terzi koperti fil-punti (a) u (b).

Artikolu 39 2

2.   Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali f’konformità ma’ ftehim speċifiku konkluż f’konformità mal-Artikolu 218 TFUE.

Artikolu 39 3

3.   Il-ftehim speċifiku msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu:

(a)

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali parteċipanti fil-programmi tal-Unjoni;

(b)

jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali, u l-kostijiet amministrattivi tagħhom;

(c)

ma jagħti l-ebda setgħa ta’ teħid tad-deċiżjonijiet lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-Programm tal-Unjoni;

(d)

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Artikolu 39 4

4.   Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3, u fl-interessi tas-sigurtà, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Programm, sa fejn ikun kompatibbli mal-ftehimiet eżistenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 47(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.