Artikolu 12
Minbarra l-kompiti li l-Kummissjoni teżerċita skont dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-funzjonijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, u għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħhom billi tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll toħroġ linji gwida dwarhom, u billi tippromwovi skambju adegwat ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni.