+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
|
Artikolu 1 Suġġett
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li bihom awtorità ta’ Stat Membru, fi proċedimenti kriminali, tista’ toħroġ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jew Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea u b’hekk tordna fornitur tas-servizzi li joffri servizzi fl-Unjoni, u li jkun stabbilit jew, jekk mhux stabbilit, rappreżentat, minn rappreżentant legali fi Stat Membru ieħor, biex jipproduċi jew biex jippreserva evidenza elettronika, irrispettivament mill-post fejn tkun tinstab id-data. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali li jindirizzaw lill-fornituri tas-servizzi stabbiliti jew rappreżentati fit-territorju tagħhom bil-għan li jiżguraw li jikkonformaw mal-miżuri nazzjonali simili għal dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 1 2.
|
Il-ħruġ ta’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jew ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea jista’ jintalab minn persuna suspettata jew akkużata, jew minn avukat f’isimha, fi ħdan il-qafas tad-drittijiet ta’ difiża applikabbli f’konformità mal-liġi proċedurali kriminali nazzjonali.
|
|
Artikolu 1 3.
|
Dan ir-Regolament ma għandux ikollu l-effett li jimmodifika l-obbligu tar-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali kif imnaqqxa fil-Karta u fl-Artikolu 6 tat-TUE u kwalunkwe obbligu applikabbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew l-awtoritajiet ġudizzjarji f’dan ir-rigward ma għandux jiġi affettwat. Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipji fundamentali, b’mod partikolari l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, inklużi l-libertà u l-pluraliżmu tal-media, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|